Arkivji mensili: April 2023

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 9:1-20
Salm: 116 (117):1.2

L-Evanġelju: Ġw 6:52-59

F’dak iż-żmien, il-Lhud tlewmu bejniethom, u bdew jgħidu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?” .Ġesù mela qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom. Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta’ dejjem, u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Ilkoll aħna midinbin

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bil-katekeżi fuq ix-xhieda taż-żelu appostoliku. Tlaqna minn San Pawl u l-aħħar darba rajna l-martri, li jxandru lil Ġesù b’ħajjithom, sa ma jagħtuha għalih u għall-Vanġelu. Imma hemm xhieda oħra kbira tul l-istorja tal-fidi: dik tal-monaċi rġiel u nisa, aħwa li jiċħdu lilhom infushom, jiċħdu d-dinja biex isiru jixbhu lil Ġesù fit-triq tal-faqar, tal-kastità u tal-ubbidjenza u biex jinterċedu għal kulħadd… Kompli aqra »

Sinodu: Lajċi rġiel u nisa eliġibbli jivvutaw fl-Assemblea Ġenerali

Neither the nature nor the name is changing—which remains the Synod of Bishops—but the composition of the participants in the October 2023 General Assembly in the Vatican on the theme of synodality is set to change, since a sizeable group of “non-bishop” members will also take part.

These 70 individuals will include lay people appointed directly by the Pope, 50 percent of whom shall be women and among whom shall be included several young people… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 ta’ April 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 8:26-40
Salm: 65 (66):8-9,16-17,20

L-Evanġelju: Ġw 6:44-51

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Hemm miktub fil-Profeti: “U kulħadd ikun mgħallem minn Alla”. Mela kull min jisma’ lill-Missier u jitgħallem minnu jiġi għandi. Mhux għax xi ħadd qatt ra lill-Missier ħlief dak li hu minn Alla; hu dan li ra lill-Missier… Kompli aqra »

Għal xiex għandna nitħabtu – L-Isqof Galea-Curmi

  l-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kiltu mill-ħobż u xbajtu.” Dan huwa l-kliem li jgħid Ġesù lil dawn in-nies li ħadu biċċa xogħol biex jaslu sa fejnu. Dawn in-nies qagħdu jistennew fejn il-baħar biex jaraw Ġesù jinżilx minn xi dgħajsa, u meta ndunaw li ma niżilx Ġesù, ħadu huma d-dgħajjes biex imorru jfittxuh. U sabuh f’Kafarnahum. Qalulu: “meta ġejt hawn?” (Ġw 6:25) U Ġesù jgħidilhom: “…intom qegħdin tfittxuni mhux għax rajtu sinjali, imma għax kiltu mill-ħobż u xbajtu” (Ġw 6:26)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 26 ta’ April 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 8:1b-8
Salm: 65 (66):1-3a,4-5,6-7a

L-Evanġelju: Ġw 6:35-40

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx! Imma jiena ġa għedtilkom li, għalkemm rajtuni, ma emmintux. Dawk kollha li jagħtini Missieri jiġu għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx ’il barra; għax jiena nżilt mis-sema mhux biex nagħmel ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta’ min bagħatni… Kompli aqra »

Publiju jurina kif ngħożżu l-ħajja bl-imħabba – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa f'lejlet il-festa ta' San Publiju

  Il-Knisja Arċipretali ta' San Publiju, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ngħożżu l-ħajja bl-imħabba.” Kieku kelli niġbor fi ftit kliem il-messaġġ qawwi li jagħti San Publiju lilna llum hu propju biex aħna ngħożżu l-ħajja bl-imħabba.

Publiju kien il-prinċep tal-gżira, l-ewwel wieħed, l-iktar bniedem b’responsabbiltà. U dak li jagħmel hu, irrakkuntat fl-Atti tal-Appostli, hu ta’ ispirazzjoni għal kull min għandu, b’xi mod jew ieħor,  responsabbiltà tat-tmexxija: għal min hu responsabbli mit-tmexxija ta’ pajjiżna, għal min hu responsabbli mit-tmexxija tal-Knisja, imma wkoll għal min b’xi mod jew ieħor għandu responsabbiltà tat-tmexxija, hi ta’ liema tip hi.  … Kompli aqra »