L-Arazzi esebiti fil-Konkatidral ta’ San Ġwann wara li tlesta r-restawr
04/04/2023Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann bi pjaċir tħabbar li s-Sett ta’ Arazzi se jkun esebit fil-Konkatidral ta’ San Ġwann wara proċess estensiv ta’ restawr li dam għaddej 16-il sena fil-Laboratorji De Wit fil-Belġju. L-aħħar darba li ġew esebiti kien waqt iż-żjara tal-Papa San Ġwanni Pawlu II f’Malta fl-1990.
Is-sett ta’ arazzi kien ikkummissjonat mill-Gran Mastru Ramon y Perellos mal-elezzjoni tiegħu fl-1697. Is-sett jikkonsisti f’29 biċċa li juru t-Trijonf tal-Knisja Kattolika Rumana, xeni mill-ħajja ta’ Kristu u t-tnax-il appostlu… Kompli aqra »