Nitlob lil San Publiju li l-mexxejja tagħna jkunu mexxejja li jiddefendu d-dinjità tal-bniedem, hu min hu – L-Arċisqof
Quddiesa fil-festa ta' San Publiju
23/04/2023 Il-Knisja Arċipretali ta' San Publiju, il-Furjana“Jiddi d-dawl tiegħek fid-dlam. Id-dlam tiegħek ikun bħal nofsinhar. Il-Mulej imexxik dejjem”. Dan il-kliem tal-profeta Iżaija li smajna fl-ewwel qari hu indirizzat ukoll illum lill-qaddis San Publiju. Ismu kien wieħed mill-iżjed ismijiet popolari fid-dinja Rumana. L-istudjużi jgħidulna li l-isem Publius kien x’aktarx il-ħames isem popolari fl-Imperu Ruman u l-għerq tiegħu kien propju riferiment għall-poplu. Mill-istess għerq ta’ Publiju għandna l-poplu stess, repubblika – dawn kollha ġejjin mill-istess għerq li jagħtina l-isem ukoll, il-prenome kif kienu jgħidulu l-Latini: publius… Kompli aqra »