Arkivji mensili: Lulju 2023

Imut l-Isqof Emeritu Paul Darmanin O.F.M. Cap.

Tħabbret il-mewt tal-Isqof Emeritu Mons. Paul Darmanin O.F.M. Cap., li miet matul il-lejl li għadda, fl-età ta’ 82 sena.

Fl-1984, Mons. Darmanin inħatar bħala l-ewwel Isqof tad-Djoċesi ta’ Garissa fil-Kenja. Huwa dam imexxi din id-djoċesi sal-2015. Wara, irtira hawn Malta u kien jgħix fil-Kunvent tal-Franġiskani Kapuċċini fil-Furjana. Kompli aqra »

Quddiesa fil-festa ta’ Sant’Anna għall-ommijiet li qed jistennew tarbija

Il-parroċċa ta’ Wied il-Għajn għal sena oħra qed torganizza quddiesa għall-persuni li qegħdin jistennew tarbija.

Newsbook.com.mt tkellem ma’ Fr Luke Cutajar, il-kappillan ta’ Wied il-Għajn, dwar din l-attività li se ssir fis-26 ta’ Lulju fis-6.30pm, propju fil-festa ta’ Sant’Anna li hija patruna tan-nisa tqal, tal-familji li jkunu qegħdin jistennew tarbija kif ukoll għal dawk kollha li jixtiequ jsiru ġenituri.

Hu stqarr li Sant’Anna ttamat fil-Mulej biex tkun omm Marija li permezz tagħha twieled Ġesù… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 25 ta’ Lulju 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Lulju

Sant Ġakbu, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 4: 7-15
Salm: 125: 1-6

L-Evanġelju: Mt 20:20-28

F’dak iż-żmien: Resqet fuq Ġesù omm ulied Żebedew, flimkien ma’ wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa. “Xi trid?” staqsieha. U hi weġbitu: “Ordna li dawn iż-żewġ uliedi joqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug fis-Saltna tiegħek.” Imma Ġesù wieġeb u qal: “Ma tafux x’intom titolbu… Kompli aqra »

Nagħtu xhieda bla biża’ – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

San Kalċedonju kien wieħed mill-martri tal-ewwel żminijiet tal-Knisja. Ma nafux dettalji fuqu ħlief li kien martri, imma nafu bih għax il-Papa Benedittu XIV kien ta r-relikwa tiegħu – il-korp li fuqu kien hemm miktub “Calcedonius in pace” – lill-Ġiżwiti li kienu hawnhekk f’dan il-post. Għalhekk hawn din id-devozzjoni speċjali lejh. Imbagħad minn hawn xterdet id-devozzjoni fi Sqallija, l-ewwel f’Palermo fejn ittieħdet ukoll relikwa tiegħu, u f’postijiet oħra fi Sqallija u fl-Italja… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Ma jistax isir il-ġid billi dak li sejjer ħażin inqaċċtuh bl-addoċċ

  Il-Pjazza San Pietru, Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-lum joffrielna l-parabbola tal-qamħ u s-sikrana (cfr Mt 13,24-43).  Bidwi li ferrex żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu, jiskopri li xi għadu żera’ wkoll is-sikrana matul il-lejl, pjanta li tixbaħ ħafna l-qamħ, imma tinfesta.

B’dal-mod, Ġesù qed jitkellem dwar id-dinja tagħna, li fil-fatt tixbaħ għalqa kbira, fejn Alla jiżra’ l-qamħ u l-malinn is-sikrana, b’hekk jikbru flimkien kemm it-tajjeb u wkoll il-ħażen.  … Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jafda lill-Arċisqof Scicluna b’missjoni fil-Perù

L‑Arċisqof Charles Scicluna jinsab fil‑Perù biex iwettaq missjoni fdata lilu mill‑Papa Franġisku.

Matul iż‑żjara tiegħu, l‑Arċisqof, li jservi wkoll bħala Segretarju Aġġunt fid‑Dikasteru għad‑Duttrina tal‑Fidi, se jmexxi numru ta’ laqgħat privati. Hu mhuwiex f’pożizzjoni li jikkummenta jew iwieġeb mistoqsijiet relatati ma’ din il‑missjoni.

L‑Arċisqof Scicluna mistenni jirritorna Malta l‑ġimgħa d‑dieħla. Kompli aqra »

Tberik tal-kuċċiera u ż-żwiemel bil-karozzini fl-Imdina

  L-Imdina

Nhar is-Sibt 22 ta’ Lulju sar it-tberik taż-żwiemel bil-karozzini fil-pjazza ta’ quddiem il-Katidral tal-Imdina fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu.

Il-patrijiet Karmelitani akkumpanjaw lill-Arċisqof Charles Scicluna waqt it-tberik. Wara l-kuċċiera ngħataw labtu tal-Madonna tal-Karmnu b’tifkira.

Aktar ritratti Kompli aqra »

Qalb il-qamħ u s-sikrana – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mingħajr xi parabbola ma kienx ikellimhom” (Mt 13:34). Dan hu li naqraw illum fl-Evanġelju skont San Mattew, fejn insibu lil Ġesù jgħid tliet parabboli differenti, li għandhom ħafna x’jgħidulna għall-ħajja tagħna. Nistedinkom biex inħarsu lejn xi punti li joħorġu b’mod ċar ħafna minn din il-Kelma ta’ Alla.

Niddistingwu t-tajjeb mill-ħażin

Il-parabbola li jirrakkonta Ġesù tal-qamħ u s-sikrana turina li fil-ħajja tagħna jeżisti t-tajjeb u jeżisti l-ħażin… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 24 ta’ Lulju 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »