Arkivji mensili: Lulju 2023

L-Isqfijiet Maltin jifirħu lill-Vigarju Appostoliku ta’ Bengażi

Patri Sandro Overend Rigillo OFM

L‑Arċisqof Charles Scicluna, l‑Isqof Anton Teuma u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi jifirħu lil Patri Sandro Overend Rigillo OFM għall‑ħatra mill‑Papa Franġisku bħala Vigarju Appostoliku ta’ Bengażi fil-Libja.

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex jingħaqdu fit‑talb għall‑Isqof‑elett biex il‑Mulej jagħtih l‑għajnuna f’din il‑missjoni afdata lilu. Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Ħal Għaxaq

L-Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Dun Anton D’Amato bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, Ħal Għaxaq.

Dun Anton D’Amato twieled fis‑27 ta’ Ottubru 1984 u trabba ż‑Żurrieq. Huwa ggradwa fl‑2009 mill‑Fakultà tal‑Liġi fl‑Università ta’ Malta. Sentejn wara beda l‑formazzjoni u l‑istudji tiegħu għall‑ħajja saċerdotali fis‑Seminarju tal‑Arċisqof u ggradwa mill‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑2019. Ġie ordnat saċerdot f’April 2018 u beda l‑ħidma pastorali tiegħu fil‑Parroċċa tal‑Imqabba u fl‑2019 bħala chaplain fil‑Junior College… Kompli aqra »

Il-Parroċċa ta’ Marija Reġina l-Marsa se tgħaddi f’idejn l-Arċidjoċesi ta’ Malta

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u l‑Provinċja Maltija tal‑Ordni Franġiskan tal-Aħwa Minuri Kapuċċini għaddejjin bil‑proċess li bih il‑Provinċja se tgħaddi l-parroċċa ta’ Marija Reġina fil‑Marsa lill‑Arċidjoċesi ta’ Malta biex minnha jitkompla jiġi offrut is‑servizz pastorali lill‑poplu ta’ din il‑parroċċa. Mill‑Ġimgħa, 1 ta’ Settembru 2023, il‑kura pastorali tal‑poplu t’Alla miġbur f’din il-parroċċa fil‑Marsa se taqa’ taħt ir‑responsabbiltà diretta tal‑kleru djoċesan. Monsinjur Arċisqof irringrazzja lill‑Patrijiet Kapuċċini għal tant snin ta’ ħidma pastorali f’din il‑parroċċa… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 16 ta’ Lulju 2023, 9:30am

  Il-Knisja ta' Massimiljanu Kolbe, Buġibba

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 16 ta’ Lulju

Il-Ħmistax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 55:10-11
Salm: 64 (65):10abċd,10e-11,12-13,14
It-Tieni Qari: Rum 8:18-23

L-Evanġelju: Mt 13:1-23

Dakinhar Ġesù ħareġ mid-dar, mar f’xatt il-baħar u qagħad bilqiegħda hemm. U nġabru madwaru folol hekk kbar ta’ nies li kellu jitla’ fuq dgħajsa u jinżel bilqiegħda fiha; in-nies qagħdu lkoll wieqfa fuq ix-xatt, u hu beda jkellimhom fuq bosta ħwejjeġ bil-parabboli… Kompli aqra »

Jitnieda proġett ta’ restawr fil-Knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt Valletta

Ġie ffirmat memorandum ta’ ftehim li se jkun qed iniedi kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann u l-Fondazzjoni tal-Knisja tal-Ġiżwiti, u b’hekk juri koperazzjoni strutturali bejn iż-żewġ entitajiet.

Fost għanijiet oħra, il-Fondazzjoni se toffri s-servizzi tagħha ta’ restawr u konservazzjoni fuq tliet pitturi fil-kappella ta’ Santa Luċija u Sant’ Agata u l-pittura ta’ Mattia Preti li turi l-Madonna mal-Qaddisin Karlu Borromeo u Franġisku de Sales fil-knisja tal-Ġiżwitiimħallsa kollha mill-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 15 ta’ Lulju 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 49:29-33; 50:15-26a
Salm: 104 (105):1-2,3-4,6-7

L-Evanġelju: Mt 10:24-33

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: “Ma hemmx dixxiplu aqwa mill-imgħallem, anqas ilsir aqwa minn sidu. Biżżejjed għad-dixxiplu jekk joħroġ jixbah lill-imgħallem tiegħu u l-ilsir lil sidu. Jekk lil sid id-dar tawh il-laqam ta’ Begħelżebul, kemm aktar lin-nies ta’ daru!

Għalhekk la tibżgħux minnhom. Għax xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf… Kompli aqra »

Jiena, bil-ħajja tiegħi, qed inħalli d-dinja ftit aħjar milli sibtha?

Quddiesa fil-festa ta' San Benedittu

  Il-Monasteru San Pietru, l-Imdina

Qegħdin infakkru wieħed mill-patruni tal-Ewropa. San Pawlu VI ddikjara lil San Benedittu patrun tal-Ewropa, u r-raġuni kienet li b’dak li beda fis-seklu 6 qajjem il-kultura Ewropea miġbura madwar il-monasteri bħala ċentri ta’ talb, ta’ kultura, ta’ xogħol, ta’ agrikoltura, ċentri ta’ ċivilizzazzjoni.

Aħna rridu nitolbu l-interċessjoni ta’ San Benedittu llum biex din iċ-ċiviltà tal-imħabba, tat-talb, tal-bżulija, tkompli ssib propju ambjent fejn tikber u tixtered, mhux biss fuq il-kontinent tagħna, imma fostna u fid-dinja… Kompli aqra »

Barka għalina lkoll – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Monasteru ta’ Santa Skolastika, il-Birgu

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Issa x’se jmissna?” (Mt 19:27) Dan huwa l-kliem li smajna lil Pietru jgħid lil Ġesù fl-Evanġelju llum: x’se jmissna, issa li aħna mxejna warajk? F’moħħu dak iż-żmien kellu x’se jakkwista. U din hija fil-fatt mentalità mifruxa fis-soċjetà: jien x’se nieħu, x’se nakkwista, x’se jkolli jien f’idejja?

Qegħdin nagħmlu llum il-Festa ta’ San Benedittu li f’ħajtu ma kinitx din il-mistoqsija li staqsa – “x’se jmissna?” – anzi hu ra mhux x’se jieħu, imma x’se jkun kif irid Alla, imbagħad x’se jagħti… Kompli aqra »