Arkivji mensili: Awwissu 2023

Quddiesa u Rużarju – 16 ta’ Awwissu 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 34:1-12
Salm: 65 (66):1-3a,5 u 16-17

L-Evanġelju: Mt 18:15-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, mur sibu waħdu u widdbu. Jekk jisma’ minnek, tkun irbaħt lura lil ħuk. Jekk ma jismax, erġa’ mur u ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra, biex kulma jingħad jissaħħaħ bil-kelma ta’ żewġ xhieda jew tlieta… Kompli aqra »

Kisba kbira għall-umanità – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Katidral ta' San Pawl, L-Imdina

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kisba kbira għall-umanità”. Dan huwa l-kliem tal-Papa Franġisku, meta ftit ta’ snin ilu ddeskriva din is-solennità ta’ Sidtna Marija mtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem. Ħa dan il-kliem minn dak li kien ingħad meta l-bniedem tela’ fuq il-qamar. Dakinhar kienu qalu: “Dan hu pass ċkejken għall-bniedem, imma kisba kbira għall-umanità”. Il-Papa Franġisku jgħid: kemm hi infinitament ikbar il-kisba għall-umanità din li qed niċċelebraw: Marija mtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem! … Kompli aqra »

Biex ma jkun ta’ ebda skandlu – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Biex ma tkun ta’ ebda skandlu għalihom” (Mt 17:27). Dan hu l-kliem li jgħid Ġesù lil Pietru fl-Evanġelju llum, meta jgħidlu biex imur sal-baħar, jixħet ix-xlief, jaqbad ħuta, jiftħilha ħalqha, isib munita tal-fidda, imbagħad permezz ta’ din il-munita jħallas it-taxxa. Kien mod oriġinali kif issib il-flus ħa tħallas it-taxxa!  Din il-ġrajja stramba nsibuha rakkuntata biss fl-Evanġelju skont San Mattew. Turina li Ġesù jagħraf x’hemm fil-qalb tal-bniedem, hawnhekk ukoll x’hemm fil-ħalq tal-ħuta… Kompli aqra »

L-umiltà tal-Madonna tgħallimna ma naqtgħux qalbna quddiem il-limiti tagħna – L-Arċisqof f’Santa Marija

  Il-Bażilka Minura ta' Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek!” (Lq 1:42). Imbierka inti fost in-nisa għaliex għalina inti sirt sinjal tal-fidi li għaddewlna l-appostli, “għax bħalma l-bnedmin kollha jmutu f’Adam, hekk ilkoll jiksbu l-ħajja fi Kristu. Imma kulħadd skont kif imissu” (1Kor 22-23).

Aħna u nammiraw I l-kwadru titulari inkurunat li ħareġ mill-ġenju ta’ Stefano Erardi fis-seklu 17, ninnutaw mhux biss il-figura sabiħa ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s-Sema, imma wkoll grupp ta’ rġiel, l-appostli, miġbura madwar il-qabar tagħha… Kompli aqra »

Infaħħru l-kobor tal-Mulej – L-Isqof Galea-Curmi

Omelija Solennità Assunta, 15 ta’ Awwissu 2023, Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

“Hienja dik li emmnet li jseħħ kulma bagħat jgħidilha l-Mulej” (Lq 1:45). Dan hu l-kliem li qalet Eliżabetta fuq Marija, meta Marija marret iżżur lilha, u kien hemm dik iċ-ċelebrazzjoni ta’ ferħ meta ltaqgħu flimkien – it-tnejn li huma kien se jkollhom tarbija. U Eliżabetta tgħid: “Hienja dik li emmnet li jseħħ kulma bagħat jgħidilha l-Mulej”… Kompli aqra »

Quddiesa fil-festa ta’ Santa Marija – 15 ta’ Awwissu 2023, 9:30am

  Il-Bażilika ta' Santa Marija, il-Mosta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Awwissu

L-Imqaddsa Marija Mtellgħa s-Sema – Solennita’
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 11:19a; 12:1-6a,10ab
Salm: 44:10bc,11-12ab,16
It-Tieni Qari: 1 Kor 15:20-26

L-Evanġelju: Lq 1:39-56

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn il-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet ’il Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fi ħdanha, u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »

Aħna meħlusa mid-dnub bil-fidwa li ġabilna l-Mulej – L-Arċisqof fl-400 anniversarju mit-twaqqif tal-Kapitlu Katidrali f’Għawdex

Quddiesa fil-Katidral ta’ Sidtna Marija Mtellgħa fis-Sema, ir-Rabat, Għawdex

Mill-folla jinstema’ leħen li jbierek is-sider ta’ Marija u l-ġuf tagħha. Ġesù, dan il-kliem japprezzah, kliem ta’ ġieħ lill-omm li ġabitu fid-dinja, imma japprezza wkoll f’ommu l-ubbidjenza lejn il-Kelma ta’ Alla. “Hawn jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek!” (Lq 1:38) Dawn il-kliem jiġbru l-ħajja ta’ Sidtna Marija, l-ispiritwalità tagħha, l-eżempju tagħha għalina. “Hawn jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek!” (Lq 1:38) Tgħidlu hekk, xebba rżina ta’ madwar sittax-il sena, meta tilqa’ l-proposta li ssir omm Alla; tgħidlu hekk taħt is-salib ta’ Binha – “Hawn jiena l-qaddejja tal-Mulej” (Lq 1:38)… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Sejjaħ u ilqa’ ‘l-Mulej fit-tempesti tal-ħajja

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Illum l-Evanġelju jirrakkuntalna miraklu partikolari ta’ Ġesù.  Billejl, Hu jimxi fuq l-ilma tal-għadira tal-Galilija biex jiltaqa’ mad-dixxipli li qed jaqsmu min-naħa għall-oħra bid-dagħjsa (cfr (Mt 14, 22-33).  Insaqsu: għaliex għamel hekk Ġesù?  Biex jagħmel spettaklu?  Le!  Allura għaliex?  Forsi minħabba xi ħtieġa urġenti u imprevedibbli, biex jgħin lil tiegħu li jinsabu mwaħħlin minħabba r-riħ kontra?  Le, iżda għaliex kien Hu li fassal kollox, li qalilhom biex jitilqu billejl u saħansitra – jgħidilna t-test – “ġagħalhom” (cfr v… Kompli aqra »