Arkivji mensili: Awwissu 2023

Pellegrinaġġ bil-muturi mill-Imġarr għal Ħad-Dingli fil-festa ta’ Santa Marija

Il-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr qed jistiednu lis-sewwieqa tal-muturi biex nhar it-Tlieta 15 ta’ Awwissu 2023 jieħdu sehem f’pellegrinaġġ bil-mutur tagħhom mill-Imġarr għal Ħad-Dingli.

Din hija s-sitt darba li qed isir dan il-pellegrinaġġ minn żewġ parroċċi ddedikati lil Marija Assunta fil-jum tal-festa solenni tagħha li huwa wkoll btala pubblika.

Is-sewwieqa tal-muturi huma mistiedna jinġabru fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr fid-9:15 am.   … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 14 ta’ Awwissu 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 10:12-22
Salm: 147:12-13,14-15,19-20

L-Evanġelju: Mt 17:22-27

F’dak iż-żmien, meta kienu flimkien fil-Galilija, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin u joqtluh, u fit-tielet jum iqum.” U huma sewdu qalbhom ħafna. Reġgħu daħlu Kafarnahum, u resqu fuq Pietru dawk li jiġbru t-taxxa għat-tempju, u qalulu: “L-imgħallem tagħkom ma jħallashiex it-taxxa?” “Iva,” qalilhom… Kompli aqra »

Djalogu ta’ mħabba – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Parroċċa ta' San Pietru, Birżebbuġa

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Iva, Mulej, int taf li nħobbok” (Ġw 21:15). Dan hu li wieġeb Pietru lil Ġesù, f’din il-laqgħa li kellhom flimkien wara li Ġesù qam mill-mewt. Ġesù staqsieh għal tliet darbiet: “Tħobbni int?” U Pietru wieġbu tliet darbiet: “Iva, Mulej, int taf li nħobbok”.

F’din il-laqgħa hawn dan id-djalogu ta’ mħabba li tant huwa ta’ għajnuna għalina lkoll illum meta aħna naraw kif il-Kelma ta’ Alla tista’ sservi ta’ ispirazzjoni għall-familji tagħna, għall-għaqdiet tagħna, u għall-komunita parrokkjali… Kompli aqra »

L-id tagħna fl-id tiegħu – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Vitorja, Ħal Farruġ

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Salvani, Mulej!” (Mt 14:30) Din kienet l-għajta ta’ Pietru meta beda nieżel ’l isfel ġo l-ilma, u ħabat se jegħreq qalb ir-riħ qawwi u l-mewġ. Tifhimha din l-għajta, għax Pietru ħaseb li seta’ jimxi fuq l-ilma meta Ġesù qallu jmur ħdejh, u fil-fatt beda miexi, imma mbagħad inħakem mill-biża’ minħabba l-maltemp li kien hemm madwaru, u beda nieżel ’l isfel ġo l-ilma… Kompli aqra »

Ejjew nitgħallmu minn San Gejtanu kif nittamaw f’Alla – L-Arċisqof fil-festa ta’ San Gejtanu, fil-Ħamrun

Festa Titulari

  Knisja Arċipretali San Gejtanu, il-Ħamrun

“Fittxu l-ewwel is-Saltna ta’ Alla.” Din il-frażi mill-Evanġelju li għadna kemm smajna, li qara l-Arċipriet mill-Evanġelju skont San Mattew, tiġbor l-ispiritwalità ta’ San Gejtanu. Huwa messaġġ li intom tant intom midħla tiegħu għaliex f’ħafna ikonografija ta’ San Gejtanu din il-kelma ‘quaerite regnum Dei’ jew inkella ‘fittxu s-saltna ta’ Alla’ insibuha prattikament dejjem u kullimkien.

San Gejtanu fittex is-Saltna ta’ Alla billi fehem x’inhi… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd mill-Kappella tal-Vitorja – 13 ta’ Awwissu 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Vitorja, Ħal Farruġ

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 13 ta’ Awwissu

Id-Dsatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slat 19:9a.11-13a
Salm: 84 (85):9ab-10,11-12,13-14
It-Tieni Qari: Rum 9:1-5

L-Evanġelju: Mt 14:22-33

Wara lin-nies kielu u xebgħu, Ġesù minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu… Kompli aqra »

Ilkoll ngħaddu mill-esperjenza tal-Mulej, li jmidd idu biex jaqbadna u jsalvana – L-Arċisqof fil-Pussess ta’ Dun David Borg

  Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Lourdes, Raħal Ġdid

Għażiż Fr David, nawguralek li tkun tista’ timxi fuq il-baħar. Tgħidli, fis-sajf nipprova, u fix-xitwa naraw. Imma xi tfisser li timxi fuq il-baħar? Il-baħar, fl-Iskrittura, b’mod speċjali għan-nies ta’ żmien Ġesù, kien element ostili, ta’ biża’, ta’ periklu. Aħna l-Maltin ukoll, għandna dik l-espressjoni: ‘il-baħar żaqqu ratba u rasu iebsa’. Xi idea tal-baħar kellhom ukoll missirijietna żgur. Nafu kemm iħajrek, imma mbagħad meta jsir qalil, xi grigalata qawwija, nafu wkoll xi jsarraf… Kompli aqra »

Rettur ġdid għaż-Żona Pastorali tax‑Xgħajra

L‑Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Dun Keith Scicluna bħala r‑Rettur tal‑Knisja ta’ San Ġakbu u ż‑Żona Pastorali tax‑Xgħajra. Monsinjur Arċisqof irringrazzja lil Dun Colin Apap għal tant snin ta’ ħidma pastorali bħala rettur ta’ din il‑komunità.

Dun Keith Scicluna twieled fit‑12 ta’ April 1979. Huwa ggradwa fil‑Filosofija u t‑Teoloġija mill‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta. Ġie ordnat saċerdot fit‑3 ta’ Lulju 2009.

Huwa beda l‑ħidma pastorali tiegħu fil‑parroċċa ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid… Kompli aqra »