Il-Papa waqt l-Anġelus: Naf naħfer?
24/09/2023Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!
L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum jippreżentalna parabbola sorprendenti: sid ta’ għalqa tad-dwieli joħroġ fis-sigħat bikrin tal-għodwa u jibqa’ joħroġ sa filgħaxija biex isib il-ħaddiema, iżda fl-aħħar jagħti lil kulħadd l-istess ħlas anki lil dawk li kienu ħadmu siegħa waħda biss (cfr Mt 20,1-16). Donnha inġustizzja, imma m’għandniex ninterpretaw il-parabbola mill-kriterju ta’ salarju; pjuttost din trid turina x’inhuma l-kriterji ta’ Alla, li ma joqgħodx ikejjel il-merti tagħna iżda jħobbna bħala wliedu. … Kompli aqra »