Il-Papa fl-Udjenza: Il-verità ma ssirx iktar kredibbli għax nerfgħu leħinna
29/11/2023 Awla Pawlu VI, Il-VatikanGħeżież ħuti,
Fl-aħħar drabi rajna li t-tħabbira Nisranija hija ferħ u hi għal kulħadd; illum qed naraw it-tielet aspett: hija għal-lum.
Kważi dejjem tisma’ lil min jitkellem ħażin fuq iż-żmien tal-lum. Veru, bejn gwerer, bidliet fil-klima, inġustizzji kullimkien u migrazzjonijiet, kriżijiet fil-familja u fit-tama, ma jonqsux ir-raġunijiet ta’ preokkupazzjoni. B’mod ġenerali, illum jidher li għandna kultura li tpoġġi lill-individwu fuq kull ħaġa oħra u t-teknoloġija fiċ-ċentru ta’ kollox, bil-kapaċità tagħha li ssolvi ħafna problemi u l-progressi ġganteski tagħha f’tant oqsma… Kompli aqra »