Ma ngħixux aljenati – L-Isqof Galea-Curmi
17/11/2023 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Qawwu qalbkom u erfgħu raskom, għax il-fidwa tagħkom hi fil-qrib” (Lq 21:28). Dan huwa l-kliem ta’ Ġesù li smajna fl-Akklamazzjoni ta’ qabel l-Evanġelju, meħud mill-Evanġelju skont San Luqa.
Ħaġa li żgur tolqotna hi li hawnhekk nisimgħu dan il-kliem “Qawwu qalbkom”, imma mbagħad meta naqraw l-Evanġelju jagħtina l-impressjoni li ma hemm xejn li jqawwilna qalbna u li jgħinna biex nerfgħu rasna… Kompli aqra »