“Permezz tal-Mixja Neokatekumenali jersqu bosta nies lejn il-Knisja”
13/12/2023Il-Mixja Neokatekumenali ċċelebrat il-50 sena tagħha f’Malta, li bdiet mill-Parroċċa tal-Kunċizzjoni tal-Ħamrun u matul iż-żmien infirxet f’diversi parroċċi madwar Malta.
F’intervista ma’ Gabriel Lia fuq il-programm What’s On Newsbook fuq RTK103, Luke Vella, seminarista u wieħed mill-aħwa tal-Mixja Neokatekumentali, esprima s-sodisfazzjon biċ-ċelebrazzjoni li kellhom u tkellem dwar il-bidu tal-Mixja f’Malta.
Hu saħaq li permezz ta’ din il-Mixja jersqu bosta nies lejn il-knisja li “mhux neċessarjament kienu viċin il-Knisja, anzi kienu ‘l bogħod u llum huma xhieda ħajja ta’ Kristu”, filwaqt li ġie spjegat li Neokatekumenali tfisser bidu ġdid għal individwi li huma diġà katekumeni… Kompli aqra »