Il-Papa fl-Udjenza: Inkunu kreattivi, perseveranti u umli
25/10/2023 Pjazza San Pietru, il-VatikanGħeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!
Illum se nkellimkom fuq żewġt aħwa famużi ħafna fil-Lvant, tant li huma msejħin “l-appostli tal-Islavi”: San Ċirillu u San Metodju. Twieldu l-Greċja fis-seklu 9 minn familja aristokratika, u ħallew warajhom il-karriera politika biex jiddedikaw ħajjithom għall-ħajja monastika. Imma l-ħolma tagħhom ta’ ħajja mwarrba ma tantx damet. Ġew mistiedna bħala missjunarji fil-Moravja l-Kbira, li dak iż-żmien kienet tiġbor fiha ħafna popli, uħud minnhom diġà evanġelizzati, imma li fi ħdanhom kien għad hemm ħafna drawwiet u tradizzjonijiet pagani… Kompli aqra »