Yearly Archives: 2023

Caritas Malta tospita l-Caritas Communications Forum u Caritas Fundraising Forum

Caritas Malta ospitat b’suċċess il-Caritas Communications Forum u Fundraising Forum, attività ta’ ġimgħa li fiha laqgħet mal-50 parteċipant minn pajjiżi membri minn madwar l-Ewropa. Il-forum li beda fit-3 ta’ Ottubru 2023, ġie fit-tmiemu lbieraħ il-Ġimgħa 6 ta’ Ottubru 2023, fejn ġew diskussi diversi suġġetti varji u kruċjali, fosthom l-Intelliġenza Artifiċjali, strateġiji dwar mod effettiv ta’ midja soċjali, u l-mod kif permezz tal-istejjer ta’ persuni li jieħdu servizzi jitwasslu l-ħtiġijiet għand is-soċjetà. 

L-attività bdiet b’merħba sabiħa mid-Direttur ta’ Caritas Malta, is-Sur Anthony Gatt, li wassal il-gratitudni tiegħu lill-parteċipanti li attendew u tal-impenn biex jippromwovu l-kawża li dan isir permezz tal-komunikazzjoni fl-aspetti kollha tax-xogħol ta’ Caritas madwar l-Ewropa. 

Fil-forum spikka l-messaġġ indirizzat mill-President tal-Parlament Ewropew, Dr Roberta Metsola… Kompli aqra »

Nieħdu ħsieb is-saħħa mentali tagħna u ta’ xulxin

Stqarrija mill-Isqfjiet ta' Malta u Għawdex għall-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali 2023

Fl‑okkażjoni tal‑Jum Dinji għas‑Saħħa Mentali 2023, bit‑tema ‘Is‑saħħa mentali hija dritt universali tal‑bniedem’, aħna l‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex nixtiequ nenfasizzaw kemm hu importanti li lkoll kemm aħna nieħdu ħsieb is‑saħħa mentali tagħna u tal‑oħrajn.

Niftakru, b’mod speċjali, f’dawk li għaddejjin minn problemi fis‑saħħa mentali tagħhom. Inħeġġukom bil‑ħerqa: fittxu l‑għajnuna li teħtieġu.

Nirringrazzjaw lil dawk kollha, fosthom NGOs, li qed jiddedikaw ruħhom b’impenn kbir biex joffru terapija u jagħtu risposta dinjituża fejn hemm problemi ta’ saħħa mentali… Kompli aqra »

Il-Knejjes jappellaw għat-twaqqif tal-attakki vjolenti u militari fl-Art Imqaddsa

Following the large-scale attack on Israel by Palestinian Hamas militants, the Patriarchs and heads of Churches in Jerusalem call for the immediate cessation of all violence and military activities, reiterating that everything is lost with war.

Pope Francis’ impassioned appeal for peace in the Holy Land during the Angelus on Sunday is one of the several voices from Churches around the world calling for an immediate de-escalation of the violence unleashed on 7 October by an Hamas attack which prompted Israel to issue an official declaration of war (“Operation Swords of Iron”)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 10 ta’ Ottubru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġona 3:1-10
Salm: 129 (130):1-2,3-4ab,7-8

L-Evanġelju: Lq 10:38-42

F’dak iż-żmien, huma u mexjin, Ġesù daħal f’raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta. Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed jgħid. Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar. Imbagħad resqet u qaltlu: “Mulej, m’intix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? … Kompli aqra »

Servizz ta’ valur kbir – L‑Isqof Galea‑Curmi f’Jum il‑Forzi Armati

Quddiesa f'Jum il-Forzi Armati

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa” (Mt 8:5). Dan hu li naqraw illum fl-Evanġelju skont San Mattew fuq iċ-ċenturjun li mar jitlob bil-qawwa lil Ġesù biex ifejjaq lill-qaddej tiegħu li kien marid ħafna.

Aħna u niċċelebraw illum Jum il-Forzi Armati, nistedinkom biex inħarsu lejn dan iċ-ċenturjun li hu ta’ ispirazzjoni għall-membri kollha tal-Forzi Armati. Sa dakinhar li ltaqa’ miegħu, iċ-ċenturjun ma kienx wieħed minn dawk midħla ta’ Ġesù, imma jersaq lejh b’talba ħerqana… Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ San Girgor f’Tas-Sliema

L‑Arċisqof Charles Scicluna qed jafda il‑ħidma pastorali tal‑parroċċa ta’ San Girgor il‑Kbir f’Tas‑Sliema, f’idejn Mons. Etienne Sciberras. Monsinjur Arċisqof jirringrazzja lil Dun Victor Scicluna tal‑ħidma tiegħu bħala kappillan f’din il‑parroċċa għal dawn l‑aħħar 12‑il sena.

Dun Etienne twieled f’Tas‑Sliema fil‑21 ta’ Frar 1969. Irċieva l‑edukazzjoni tiegħu fl‑iskola Immaculate Conception f’Ħal Tarxien, fis‑Seminarju Minuri f’Tal‑Virtù fir‑Rabat, u fis‑Sixth Form tal‑Kulleġġ Stella Maris fil‑Gżira. Kompla l‑istudji terzjarji fil‑Filosofija u t‑Teoloġija u ggradwa fit‑Teoloġija Pastorali mill‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 9 ta’ Ottubru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġona 1,1 – 2:1,11
Salm: Ġona 2:2,3,4,5,8

L-Evanġelju: Lq 10:25-37

F’dak iż-żmien, iqum wieħed għaref fil-Liġi u, biex iġarrab lil Ġesù staqsieh: “Mgħallem, x’nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?”. Qallu Ġesù: “Fil-Liġi x’hemm miktub? Inti x’taqra fiha?”. U dak wieġeb: “Int għandek tħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, u b’ruħek kollha, bil-qawwa tiegħek kollha, u b’moħħok kollu, u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek”… Kompli aqra »

Alla jimlielna ħajjitna dejjem b’dak li hu l-aħjar – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ma nafx kemm minnkom midħla ta’ għalqa ta’ dwieli. Jiena m’iniex, avolja jogħġobni l-frott tal-għalqa tad-dwieli. Imma naħseb ħafna minna, jekk m’aħniex imdaħħlin fl-industrija  tal-inbid jew għandna xi għalqa bħal din, m’aħniex midħla. Għalhekk forsi, ma tantx nistgħu nifhmu kemm kienet fil-fatt tfisser l-għalqa tad-dwieli fi żmien Ġesù, u anke qablu, għall-poplu Lhudi. Kienet tassew xi ħaġa għażiża. Għalhekk fil-fatt l-ewwel qari, mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija, jgħid: “Ħa ngħanni lill-maħbub tiegħi l-għanja ta’ mħabbtu għall-għalqa tad-dwieli tiegħu” (Iż 5:1)… Kompli aqra »