Yearly Archives: 2023

Inawgurat il-proġett Church Trails of Malta

Ġie inawgurat iċ-Church Trails of Malta, proġett li permezz tiegħu knejjes li jinsabu f’26 lokalità madwar Malta, inġabru ġeografikament biex titjib l‑esperjenza tal‑Maltin u t‑turisti li jżurhom u jiġi apprezzat aktar il‑patrimonju kulturali Malti. Il‑knejjes u l-kappelli magħżula huma l‑istess li f’dawn l‑aħħar ħames snin għaddew minn xogħol ta’ konservazzjoni u restawr permezz ta’ fondi Ewropej, b’ħafna miż-żoni huma ddedikati lill‑Madonna u lil San Pawl… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Midinbin iva, korrotti le!

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-lum ikellimna dwar żewġ ulied li missierhom talabhom imorru jaħdmu fl-għalqa tad-dwieli (Mt 21,28-32).  Wieħed minnhom jgħid “iva” minnufih iżda ma jmurx.  L-ieħor jgħid “le”, imbagħad jindem u jmur.

X’nistgħu ngħidu dwar l-imġieba ta’ dawn it-tnejn?  Mill-ewwel jiġi f’moħħna li x-xogħol fl-għalqa tad-dwieli jitlob sagrifiċċju u biex wieħed jissagrifika ruħu fiha prezz, mhix ħaġa spontanja minkejja s-sbuħija tal-fatt li aħna wlied u werrieta.  … Kompli aqra »

“Il-Mulej jipproteġikom” – L-Isqof Galea-Curmi lill-ġudikatura

Quddiesa fil-ftuħ tas-Sena Forensi 2023

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Arani, se nibgħat anġlu quddiemek biex iħarsek fit-triq, u jwasslek fil-post li jien hejjejt” (Eż 23:20). Dan hu li naqraw fil-ktieb tal-Eżodu llum, u dan hu prattikament l-istess kliem li nsibuh imbagħad fis-Salm li għadna kif tlabna: “L-anġli tiegħu jibgħatlek biex iħarsuk fi triqatek kollha” (Salm 91:11).

Għandna hawnhekk it-tifsira tat-tifkira li qed nagħmlu llum – it-tifkira tal-anġli kustodji mqaddsa… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eż 23:20-23a
Salm: 90:1-6,10-11

L-Evanġelju: Mt 18:1-5,10

F’dak iż-żmien: Resqu d-dixxpli lejn Ġesù u staqsewh: “Min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?” Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom, u qalilhom: “Tassew, ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.

U għalhekk l-akbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir… Kompli aqra »

Quddiesa fil-Ftuħ tas-Sena Forensi – 2 ta’ Ottubru 2023, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Nagħmlu r-rieda t’Alla bil-fatti – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-Jum Internazzjonali tal-Anzjani

  Il-Kappella ta' Marija Omm il-Knisja, Ta’ Mlit, il-Mosta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ir-risposta għall-mistoqsija li għamel Ġesù fl-Evanġelju llum hi ovvja. Għax Ġesù qal il-parabbola ta’ dak il-missier li kellu żewġ ulied: lil wieħed li hu l-kbir, qallu biex imur jaħdem fl-għalqa tad-dwieli u qallu ma rridx, imma mbagħad mar. U l-ieħor li qallu ‘arani sejjer’ u ma marx. U l-mistoqsija ta’ Ġesù kienet: min minnhom għamel li ried il-missier? Hi ovvja. Għamel li ried il-missier min mar kif qallu l-missier mhux min qal ħafna affarijiet bil-kliem u ma marx… Kompli aqra »

Ħatriet ġodda: kappillan għal Pembroke, chaplain għall-Junior College u Direttur Nazzjonali tal-Abbatini

Dun Aayrton Muscat Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ Pembroke

L-Arċisqof Charles Scicluna qed jafda il-ħidma pastorali tal-parroċċa ta’ Kristu Rxoxt f’Pembroke f’idejn Dun Aayrton Muscat biex ikun il-kappillan il-ġdid tagħha.

Dun Aayrton Muscat twieled fis-26 ta’ Novembru 1992. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja tal-Imtarfa, fil-Kulleġġ San Elija f’Santa Venera, fil-Junior College u l-Higher Secondary. Huwa kompla l-istudji terzjarji fil-Filosofija u t-Teoloġija fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 1 ta’ Ottubru 2023, 9:30am

  Il-Kappella Ta’ Milt, il-Mosta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 1 ta’ Ottubru

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 18:25-28
Salm: 24 (25):4-5,6-7,8-9
It-Tieni Qari: Fil 2:1-11

L-Evanġelju: Mt 21:28-32

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu: “Intom x’jidhrilkom? Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Resaq fuq il-kbir u qallu: “Ibni, illum mur aħdem l-għalqa tad-dwieli”.

U dak qallu: “Ma rridx”… Kompli aqra »

Investi f’paċenzja, sagrifiċċju u stennija, u ssib l-imħabba – L-Arċisqof

  Il-Knisja tas-Salib Imqaddes, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-espressjoni li Ġesù juża fis-silta li għadna kemm smajna, u li l-Knisja tagħżel fil-festa tal-Arkanġli, “Għad taraw is-sema miftuħ u l-anġli ta’ Alla telgħin u neżlin fuq Bin il-bniedem” (Ġw 1:51), din l-espressjoni li fiha Ġesù jsemmi l-anġli ta’ Alla, tfisser ukoll il-glorja ta’ Alla. “Tassew tassew ngħidilkom, għad taraw il-glorja ta’ Alla, is-sema miftuħ u l-anġli ta’ Alla telgħin u neżlin fuq Bin il-bniedem” (Ġw 1:51)… Kompli aqra »