Yearly Archives: 2023

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 1:24-28
Salm: 1 Sam 2:1.4-5,6-7,8abċd

L-Evanġelju: Lq 1:46-55

F’dak iż-żmien, qalet Marija: “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi, għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. Iva, minn issa ’l quddiem kull nisel isejjaħli hienja, għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu. Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu… Kompli aqra »

Ejjew niftakru f’Betlehem fl-Art Imqaddsa li għaddejja minn tbatija kbira, qerda u mwiet – L-Arċisqof

Messaġġ tal-Arċisqof f'Milied Flimkien

  Il-Belt Valletta

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Eċċellenza Sur President, Onor. Prim Ministru, Sur Speaker, Onor. Kap tal-Oppożizzjoni, għeżież ħuti Maltin u Għawdxin, aħna u noffru lil xulxin l-awgurju sabiħ tal-Milied it-tajjeb, qegħdin ukoll noffru lil xulxin l-ikbar don tal-paċi u tal-imħabba ta’ Alla.

800 sena ilu ġo raħal ċkejken fl-Italja, Greccio, San Franġisk kellu din l-idea straordinarja li fil-lejl tal-Milied jipprova joħloq l-atmosfera tal-għar ta’ Betlehem… Kompli aqra »

Filmat: Ħolqa ma’ Ħolqa

Attività djoċesana għat-tfal organizzata minn KDT

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġuzepp, il-Kalkara

Fil-jiem li għaddew il-Kummissjoni Djoċesana Tfal organizzat attività djoċesana għat-tfal kollha bl-isem: ‘Ħolqa ma’ Ħolqa ma’ Marija’ fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġuzepp, il-Kalkara.

Bl-iskop prinċipali kien li tfal minn kull parroċċa jiltaqgħu flimkien fil-preżenza tal-Arċisqof Scicluna, din is-sena saret it-talba tar-rużarju b’differenza. Ħames kummissjonijiet tat-tfal minn parroċċi diversi, ħadu ħsieb l-animazzjoni tal-ħames misteri tal-ferħ. Wara kull rappreżentazzjoni, it-tfal stess mexxew it-talba tas-Sliema u l-Qaddisa, fejn qabel kull waħda inqrat intenzjoni partikolari… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Ħallu lil qalbkom tħoss xi ħaġa

  Awla Pawlu VI, Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

800 sena ilu, fil-Milied tal-1223, San Franġisk għamel fi Greccio l-presepju ħaj. Waqt li fid-djar u f’tant postijiet oħra hemm min qed iħejji jew ilesti l-presepju, nagħmlu sew li niskopru kif beda.

Mnejn nibet il-presepju? X’kienet l-intenzjoni ta’ San Franġisk? Qal hekk: “Jiena rrid infakkar b’mod ħaj it-tfajjel li twieled f’Betlehem, u li b’xi mod nara b’għajnejja l-ħtiġijiet u n-nuqqas ta’ kumdità li sab ruħu fihom meta ġie mqiegħed fil-maxtura u kif kien mimdud fuq it-tiben bejn il-baqra u l-ħmara” (Tumas ta’ Celano, Vita prima, XXX, 84: FF 468)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 21 ta’ Diċembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għanja 2:8-14 jew Sof 3:14-18a
Salm: 32 (33):2-3,11-12,20-21

L-Evanġelju: Lq 1:39-45

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet:

“Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »

Nifraħ fuq li nifraħ – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, Il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Taqbeż bil-ferħ ruħi b’Alla tiegħi.” Dan hu li għidna fis-salm illum, u rrepetejnieh, u din in-nota ta’ ferħ narawha llum f’kull silta tal-kelma ta’ Alla. Rajna fl-Ewwel Qari mill-Profeta Isaija: “Nifraħ fuq li nifraħ fil-Mulej, taqbeż bil-ferħ ruħi b’Alla tiegħi” (Isaija 61:10). U anke fit-Tieni Qari, fl-Ewwel Ittra lit-Tessalonkin, San Pawl jgħidilhom: “Ifirħu dejjem” (1 Tess 5:16).

Kif nafu dan hu l-Ħadd speċjali, fejn aħna naħsbu fuq din it-tema tal-ferħ, il-ferħ li jġib il-Milied – il-ġrajja tal-Iben ta’ Alla li sar bniedem fostna… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 20 ta’ Diċembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 7:10-14
Salm: 23 (24):1-2.3-4ab.5-6

L-Evanġelju: Lq 1:26-38

Fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek”. Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima… Kompli aqra »

Jisma’ u jieħu azzjoni – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Xejn la tibża’” (Mt 1:20). Dan hu l-kliem li jgħid l-anġlu tal-Mulej lil Ġużeppi meta jidhirlu f’ħolma, u jgħidlu li ma għandux għalfejn jibża’ jieħu lil Marija b’martu. Fil-fatt Ġużeppi kien baqa’ mħasseb sew għax hu kien miżżewweġ lil Marija, imma skont id-drawwa ta’ dak iż-żmien, kienu għadhom ma joqogħdux flimkien, u Marija ħarġet tqila.

Għalhekk l-anġlu ried iserraħ ras Ġużeppi li din kienet opra ta’ Alla, u jgħidlu: “dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu” (Mt 1:20)… Kompli aqra »