Fil-jiem li għaddew il-Kummissjoni Djoċesana Tfal organizzat attività djoċesana għat-tfal kollha bl-isem: ‘Ħolqa ma’ Ħolqa ma’ Marija’ fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġuzepp, il-Kalkara.

Bl-iskop prinċipali kien li tfal minn kull parroċċa jiltaqgħu flimkien fil-preżenza tal-Arċisqof Scicluna, din is-sena saret it-talba tar-rużarju b’differenza. Ħames kummissjonijiet tat-tfal minn parroċċi diversi, ħadu ħsieb l-animazzjoni tal-ħames misteri tal-ferħ. Wara kull rappreżentazzjoni, it-tfal stess mexxew it-talba tas-Sliema u l-Qaddisa, fejn qabel kull waħda inqrat intenzjoni partikolari. Kull intenzjoni li kienet qed tinqara, twaħħlet f’ħolqa ma’ intenzjonijiet oħra, biex b’hekk fl-aħħar tal-attività ġiet iffurmata kuruna tar-rużarju kbira, permezz ta’ ħoloq differenti ta’ intenzjonijiet.

Bil-kollaborazzjoni ta’ Loop.mt, li jmexxu l-Kċina ta’ Marta, tnieda l-karattru fittizju ta’ Martina. Permezz tiegħu t-tfal jistgħu jsiru jafu aktar dwar ix-xogħol siewi li jitwettaq minn Loop.mt Djakonija Parroċċi kif ukoll jingħaqdu fil-klabb ta’ Martina.

Aktar ritratti