Yearly Archives: 2023

“Permezz tal-Mixja Neokatekumenali jersqu bosta nies lejn il-Knisja”

Il-Mixja Neokatekumenali ċċelebrat il-50 sena tagħha f’Malta, li bdiet mill-Parroċċa tal-Kunċizzjoni tal-Ħamrun u matul iż-żmien infirxet f’diversi parroċċi madwar Malta.

F’intervista ma’ Gabriel Lia fuq il-programm What’s On Newsbook fuq RTK103, Luke Vella, seminarista u wieħed mill-aħwa tal-Mixja Neokatekumentali, esprima s-sodisfazzjon biċ-ċelebrazzjoni li kellhom u tkellem dwar il-bidu tal-Mixja f’Malta.

Hu saħaq li permezz ta’ din il-Mixja jersqu bosta nies lejn il-knisja li “mhux neċessarjament kienu viċin il-Knisja, anzi kienu ‘l bogħod u llum huma xhieda ħajja ta’ Kristu”, filwaqt li ġie spjegat li Neokatekumenali tfisser bidu ġdid għal individwi li huma diġà katekumeni… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 14 ta’ Diċembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 41:13-20
Salm: 144 (145):1 u 9,10-11,12-13ab

L-Evanġelju: Mt 11:11-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Tassew, ngħidilkom, li fost ulied in-nisa ħadd ma qam akbar minn Ġwanni l-Battista. U b’danakollu l-iżgħar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet hu akbar minnu. Minn żmien Ġwanni l-Battista sal-lum is-Saltna tas-Smewwiet il-bnedmin qegħdin jitħabtu bis-sħiħ għaliha, u dawk li jitħabtu bis-sħiħ jaħtfuha. Għax il-Profeti kollha, u wkoll il-Liġi, ħabbru sa żmien Ġwanni, u, jekk tridu temmnuni, dan hu Elija li għandu jiġi… Kompli aqra »

Quddiesa f’Jum ir-Repubblika – 13 ta’ Diċembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 40:25-31
Salm: 102 (103):1-2,3-4,8 u 10

L-Evanġelju: Mt 11:28-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif”.

Qaddisa tal-jum:  Santa Luċija, verġni u martri Kompli aqra »

Tal-għaġeb – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Naqraw fl-Evanġelju li “lkoll baqgħu mistagħġba” (Lq 5:26). Smajtu dil-ġrajja tal-lum, u kien hemm ħafna biex tistagħġeb! Immaġinaw, aħna qegħdin hawn illum u jinfetaħ dan is-saqaf u jniżżlu lil xi ħadd minn hemmhekk u jiġi quddiemna hawn fuq mitraħ, xi ħadd li kellu bżonn min ifejqu. Ġesù hekk ġralu. Meta kien qed jitkellem man-nies u qed jgħallimhom, f’daqqa waħda fetħu biċċa mis-saqaf biex iniżżlu wieħed ħalli jfejqu… Kompli aqra »

Irrestawrat il-kwadru titulari ta’ Santa Katarina fiż-Żejtun

Ġie inawgurat ix-xogħol ta’ restawr li sar fuq il-kwadru titulari tal-Martirju ta’ Santa Katarina fil-Parroċċa l-Qadima magħrufa bħala l-Knisja ta’ San Girgor, fiż-Żejtun.

Matul iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni, organizzata minn Wirt iż-Żejtun, saret preżentazzjoni dwar ix-xogħol li sar fuq dan il-kwadru minn Valentina Lupo, ir-restawratriċi ta’ Atelier del Restauro, li ġew ikkummissjonati sabiex jirrestawraw dan il-kwadru. Wara saret preżentazzjoni oħra minn Dr Sandro Debono dwar ir-riċerka li qiegħed jagħmel sabiex biex isir magħruf l-oriġini tal-pittura… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 12 ta’ Diċembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Diċembru

L-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Gwadalupe – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 40:1-11
Salm: 95 (96):1-2,3 u 10aċ,11-12,13

L-Evanġelju: Mt 18:12-14

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom x’jidhrilkom? Jekk wieħed raġel ikollu mitt nagħġa u tintiliflu waħda minnhom, ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fuq l-għoljiet u jmur ifittex dik li tkun intilfitlu? U jekk jirnexxilu jsibha, tassew ngħidilkom jifraħ iktar biha milli bid-disgħa u disgħin l-oħra li ma jkunux intilfu… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Ejjew nivvalorizzaw is-silenzju, il-moderazzjoni u s-smigħ

  Il-Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

F’dan it-tieni Ħadd tal-Avvent, l-Evanġelju jkellimna dwar Ġwanni l-Battista, il-prekursur ta’ Ġesù (cfr Mk 1,1-8), u jiddeskriviehulna bħala “leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert” (v. 3). Id-deżert, imkien għeri, fejn m’hemmx komunikazzjoni, u l-vuċi, il-mezz li bih nitkellmu, jidhru qishom żewġ tixbihat kontradittorji, imma fil-Battista jingħaqdu flimkien.

Id-deżert. Hemmhekk Ġwanni jippriedka qrib ix-xmara Ġordan, qrib il-post li minnu, ħafna sekli qabel, il-poplu tiegħu kien daħal fl-art imwiegħda.  … Kompli aqra »