Nhar il‑Ħamis, l‑1 ta’ Frar, se jiftħu l‑applikazzjonijiet online għal ‘Applikanti Oħra’ għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta u f’Għawdex għas‑sena skolastika l‑ġdida li tibda f’Settembru li ġej. In‑numru totali ta’ postijiet vakanti huwa ta’ 884 (794 f’Malta u 90 f’Għawdex). L‑applikazzjonijiet għall‑iskejjel f’Malta u Għawdex se jintlaqgħu bejn
l‑1 u l‑14 ta’ Frar u l‑20 u d‑29 ta’ Frar 2024.  L‑applikazzjonijiet għal każijiet ta’ ażil jiftħu f’Marzu.

Id‑dettalji ta’ kemm postijiet imtlew bl‑applikazzjonijiet ta’ ‘L‑Ewwel Kriterju’ li s‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija laqa’ f’Novembru u Diċembru li għadda jinsabu fuq Knisja.mt.

Il‑proċess għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta jiddetermina d‑dħul fl‑ewwel u t‑tieni sena kindergarten, fl‑ewwel sena primarja u fl‑ewwel sena sekondarja. L‑applikazzjonijiet għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta jsiru fuq knisja.mt/applikazzjonijiet.

Sena / MaltaPostijiet Vakanti SubienPostijiet Vakanti BnietTotal Postijiet Vakanti
L-ewwel sena kindergarten313566
It-tieni sena kindergarten58192250
L-ewwel sena primarja211139350
L-ewwel sena sekondarja8741128
Total387407794

Il‑proċess għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Għawdex jiddetermina d‑dħul fl‑ewwel sena kindergarten u fl‑ewwel sena sekondarja. L‑applikazzjonijiet għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Għawdex isiru fuq knisja.mt/gozoapplications.

Sena / GħawdexPostijiet Vakanti SubienPostijiet Vakanti BnietTotal Postijiet Vakanti
L-ewwel sena kindergarten60
L-ewwel sena sekondarja102030
Total90

Għal aktar dettalji dwar l‑applikazzjonijiet ara ċ‑ċirkolari u r‑regolamenti ppubblikati fuq Knisja.mt jew ibgħat email fuq [email protected].