Arkivji mensili: Frar 2024

L-Arċisqof ta’ Pariġi jniedi ċelebrazzjoni għall-ftuħ mill-ġdid tal-Katidral ta’ Notre Dame

Archbishop Laurent Ulrich of Paris presents several initiatives for the reopening of the Cathedral of Notre Dame on December 8, 2024, including an inaugural triduum and an octave of prayer.

Ten months before the reopening of the Cathedral of Notre Dame, Archbishop Laurent Ulrich presented the schedule for the inauguration of the French capital’s Gothic masterpiece, scheduled for December 8, 2024.

The reopening period will include numerous celebrations and pilgrimages, and will extend from December 8, 2024, to June 8, 2025, the feast of Pentecost, as the universal Church follows the rhythm of the 2025 Jubilee… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 6 ta’ Frar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 8:22-23,27-30
Salm: 83 (84):3,4,5 u 10,11

L-Evanġelju: Mark 7:1-13

F’dak iż-żmien, il-Fariżej u xi wħud mill-kittieba li ġew minn Ġerusalemm inġabru ħdejn Ġesù, u raw li xi wħud mid-dixxipli tiegħu kienu qegħdin jieklu b’idejhom mhumiex indaf, jiġifieri mhumiex maħsulin. Għax il-Fariżej, u l-Lhud kollha, biex iħarsu t-tradizzjoni ta’ missirijiethom, ma jmissux ikel qabel ma jkunu ħaslu jdejhom sewwa; hekk ukoll wara li jerġgħu lura mis-suq, ma jiklux jekk ma jinħaslux; u għandhom bosta drawwiet oħra li baqgħu marbutin magħhom minn żmien għal ieħor, bħalma huma l-ħasil tat-tazzi u tal-buqari u tal-ktieli tal-bronż… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Alla jakkumpanjana, jurina l-ħniena tiegħu u jaħfrilna

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija jurina lil Ġesù jħuf minn post għall-ieħor.  Infatti għadu kif temm jippriedka u, meta ħareġ mis-sinagoga mar fid-dar ta’ Xmun Pietru fejn fejjaq lill-omm il-mara tiegħu; imbagħad filgħaxija reġa’ ħareġ u mar lejn il-bieb tal-belt fejn iltaqa’ ma’ bosta morda, ippussessati, u fejjaqhom; l-għada filgħodu, jqum kmieni u jmur f’post imwarrab biex jitlob; u fl-aħħar jerġa’ jibda jterraq madwar il-Galilija (cfr Mk 1,29-39).  … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 5 ta’ Frar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slat 8:1-7,9-13
Salm: 131 (132):6-7,8-10

L-Evanġelju: Mk 6:53-56

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli, wara li qasmu għan-naħa l-oħra, waslu l-art f’Ġennesaret u rabtu d-dgħajsa max-xatt. Niżlu mid-dgħajsa, u n-nies minnufih għarfuh u marru jiġru ma’ dawk l-inħawi kollha. U bdew iġorru l-morda fuq l-imtieraħ kull fejn kienu jisimgħu li qiegħed. Kull fejn kien jidħol, fi rħula, bliet, jew kampanja, kienu jqiegħdu l-morda fil-pjazez u jitolbuh iħallihom imissu mqar tarf il-mantar; u dawk kollha li kienu jmissuh kienu jfiqu… Kompli aqra »

Konsistenti favur il-ħajja – L-Isqof Galea-Curmi

Omelija f'Jum il-Ħajja 2024

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ħamsa u għoxrin sena ilu twaqqaf il‑Malta Unborn Child Platform. Dan il‑Moviment baqa’, sena wara sena, jaħdem biex jippromwovi r‑rispett lejn id‑dinjità u d‑drittijiet tat‑tarbija li tkun se titwieled, u l‑protezzjoni u l‑iżvilupp tagħha. Nixtieq illum nirringrazzja lil dawk kollha li tul dawn is‑snin ħadmu bis‑sħiħ biex irawmu kuxjenza favur il‑ħajja umana meta hi l‑aktar vulnerabbli u dipendenti, u meta teħtieġ l‑akbar appoġġ u sostenn… Kompli aqra »

Il-konnessjoni ma’ Alla tagħti togħma differenti lil ħajjitna – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Ħames Ħadd ta’ matul is-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann tas-Salib, Ta’ Xbiex

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-ewwel kapitlu tal-Evanġelju ta’ San Mark li qegħdin naqraw din is-sena f’jum il-Ħadd, tagħtina ftit elementi importanti mill-ħajja ta’ kuljum ta’ Ġesù.

Qegħdin fil-belt ta’ Kafarnahum. Kafarnahum kienet il-belt li adotta Ġesù wara li telaq minn Nazaret u kienet punt ta’ riferiment, kienet il-belt fejn kien iħobb jirritorna f’dawk it-tliet snin li għamel iterraq ma’ dak li llum insejħulu Iżrael u l-Palestina, l-Art Imqaddsa, il-Galilija u l- Lhudija… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 4 ta’ Frar 2024, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġwann tal-Salib, Ta' Xbiex

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 4 ta’ Frar

Il-Ħames Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 7:1-4,6-7
Salm: 146 (147):1-2,3-4,5-6
It-Tieni Qari: 1 Kor 9:16-19,22-23

L-Evanġelju: Mk 1:29-39

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli ħarġu mis-sinagoga u baqgħu sejrin ma’ Ġakbu u Ġwanni għand Xmun u Indrì. Issa omm il-mara ta’ Xmun kienet fis-sodda bid-deni, u malajr qalulu biha. Resaq lejha, qabadha minn idha u qajjimha… Kompli aqra »