Il-fidi mhix mibnija fuq dak li hu sensazzjonali – L-Isqof Galea-Curmi
09/02/2024 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Wissiehom biex ma jgħidu lil ħadd” (Mk 7:36). Dan hu li naqraw fuq Ġesù llum, fl-Evanġelju skont San Mark, wara li fejjaq lil wieħed raġel li kien trux u mbikkem. L-Evanġelju jgħid li lil dan ir-raġel ġabuh quddiem Ġesù biex “iqiegħed idejh fuqu” (Mk 7:32). U li jagħmel Ġesù l-ewwel hu li joħorġu għalih waħdu minn qalb in-nies. Fl-Evanġelju hemm dik id-deskrizzjoni ta’ kif Ġesù jfejqu u kif dal-bniedem beda jisma’ u beda jitkellem… Kompli aqra »