Patri Charles Mallia O.Carm. intagħżel bħala l-Pirjol Provinċjali tal-Karmelitani għat-tliet snin li ġejjin. Huwa ntgħażel waqt l-ewwel sessjoni tal-Kapitlu Provinċjali tal-Provinċja Karmelitana Maltija.

Bħala Kunsilliera Provinċjali ntagħżlu Patri Maurice Abela O.Carm., Patri Martin Schembri O.Carm., Patri Alexander Scerri O.Carm. u Patri Ivan Scicluna O.Carm.

Fil-Provinċja Karmelitana Maltija, Patri Charles Mallia serva bħala Kunsillier Provinċjali, Rettur ta’ St. Elias College, u Pirjol tal-komunitajiet f’Santa Venera u fil-Balluta. Huwa ilu jservi għal dawn l-aħħar 13-il sena bħala d-Delegat tal-Arċisqof għall-Edukazzjoni Nisranija.

Il-Pirjol Ġenerali tal-Karmelitani Fr Miceàl O’Neill irringrazzja lill-Pirjol Provinċjali Patri Joe Saliba O.Carm. li flimkien mal-kunsill tiegħu mexxa lill-Provinċja Karmelitana Maltija għal dawn l-aħħar sitt snin.

Sors: Newsbook.com.mt