Stedina miftuħa – L-Isqof Galea-Curmi
29/04/2024 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin” (Mt 11:28). Dan hu li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Mattew, u qed jindirizza żgur lil ħafna minna. Għax żgur li ħafna minna, f’mument jew ieħor tal-ħajja, ngħaddu mit-taħbit u mit-toqol. Għalhekk qed jagħmel stedina speċjali lilna li nkunu mħabbtin u mtaqqlin. Nixtieq naraw din is-silta tal-Evanġelju llum, u ħa nsemmi erba’ punti li Ġesù jagħmel, u li huma tassew ta’ ġid għall-ħajja tagħna… Kompli aqra »