Il-Papa fl-Udjenza: Il-ġustizzja hi virtù għall-għajxien tajjeb tal-persuni ma’ xulxin
03/04/2024 Pjazza San Pietru, il-VatikanGħeżież ħuti, l-Għid it-tajjeb, l-għodwa t-tajba!
U wasalna għat-tieni virtù kardinali: illum se nitkellmu fuq il-ġustizzja. Hija l-virtù soċjali per eċċellenza. Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika jiddefiniha hekk: “Il-virtù morali li biha b’rieda soda u kostanti, nagħtu ’l Alla u lil għajrna dak li jistħoqqilhom” (n. 1807). Din hi l-ġustizzja. Spiss, meta nsemmu l-ġustizzja, nikkwotaw ukoll il-motto li jirrappreżentaha: “unicuique suum” jiġifieri “kulħadd jieħu dak li ħaqqu”… Kompli aqra »