Arkivji mensili: Lulju 2024

Ġublew 2025: Aktar minn 330,000 persuna jżuru ‘Dalì’s Christ’ f’Ruma

  Knisja ta' San Marcello al Corso, Ruma

The exhibition “Dalì’s Christ in Rome” has been hailed as a resounding success, with 330,000 visitors present in just over 40 days of the event which took place at the Church of San Marcello al Corso in Rome. From 13 May to 24 June 2024, churchgoers and tourists alike were able to admire the famous painting by Salvador Dalì, “Christ of Saint John of the Cross” (1951), which is housed in the Kelvingrove Art Gallery and Museum in Glasgow, Scotland, with free admission… Kompli aqra »

“Iż-żwieġ hu t-triq tal-paċenzja imma wkoll tal-ferħ” – L‑Arċisqof

Omelija fl-għeluq tal-inkjesti djoċesani tal-Qaddejja ta’ Alla Henry u Inez Casolani

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Santu Wistin, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kemm hi ħaġa sabiħa li nersqu lejn Ġesù, u naċċettaw li għandna bżonnu. “It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda” (Mt 9:12).

Ġesù ma jistħix mill-mard tagħna, ma jitwarrabx mid-dgħufija tagħna. Ġie fostna l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem, bħala Tabib tar-Ruħ. “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom,” (Mt 11:28) jgħid il-Mulej… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għam 9, 11-15
Salm: 84 (85), 9.11-12.13-14

L-Evanġelju: Mt 9, 14-17

F’dak iż-żmien resqu lejn Ġesù d-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”

Qalilhom Ġesù: “Huwa l-mistednin tal-għarus se jsewdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma jasal il-jum meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu. 

Ħadd ma jraqqa’ libsa qadima b’biċċa drapp ġdida, għax inkella r-roqgħa ssellet il-libsa, u t-tiċrita tikber… Kompli aqra »

Il-Knisja tagħti proprjetà ta’ €25 miljun lil The Malta Trust Foundation biex toħloq ċentru ta’ empowerment għal tfal u żgħażagħ b’diżabilità

Iċ-ċentru tal-mużika Villabianca se jimxi għal Dar Saura biex tonqos il-lista ta’ stennija

  Il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Dar Saura fir‑Rabat se tinbidel f’ċentru ta’ empowerment għal tfal u żgħażagħ b’ diżabilità wara li l‑Arċidjoċesi ta’ Malta għaddiet din il‑proprjetà, li tiswa miljuni ta’ ewro, lil The Malta Trust Foundation għal 65 sena.

Din id‑dar tas‑seklu 17, li sa ftit xhur ilu kienet isservi bħala dar għall‑anzjani, se tieħu l‑ħajja mill‑ġdid bid‑daħk u l‑mużika tat-tfal u taż‑żgħażagħ meta Villabianca, l‑ewwel Ċentru tax-xorta tiegħu f’Malta għall‑mużika u l‑arti għal tfal u żgħażagħ b’diżabilità, se titmexxa fiha biex tindirizza l‑lista twila ta’ stennija… Kompli aqra »

Live: L-iffirmar tal-ftehim tal-għoti ta’ Dar Saura

  Il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-Arċisqof Charles Scicluna u l-Eċċellenza tagħha Marie-Louise Coleiro Preca jippresiedu l-iffirmar tal-ftehim bejn l-Arċidjoċesi ta’ Malta u The Malta Trust Foundation għall-għoti ta’ Dar Saura biex issir empowerment hub għal tfal u żgħażagħ b’diżabilità. Il-ftehim se jiġi ffirmat fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana fl-10am. Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 6 ta’ Lulju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 5 ta’ Lulju 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għam 8:4-6,9-12
Salm: 118 (119):2,10,20,30,40,131

L-Evanġelju: Mt 9:9-13

F’dak iż-żmien, Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja!” qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda, ġew bosta pubblikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu.

Meta raw dan il-Fariżej qalu lid-dixxipli: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?” Hu semagħhom, u qal: “It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda… Kompli aqra »

Live: L-għeluq tal-inkjesti djoċesani ta’ Henry u Inez Casolani – 5 ta’ Lulju 2024, 6:15pm

  Il-Knisja ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta

L-Arċisqof Charles Scicluna jiċċelebra r‑rit kanoniku tal‑għeluq tal‑inkjesti djoċesani tal-qaddejja ta’ Alla, Henry u Inez Casolani. Wara ssir quddiesa ta’ radd il‑ħajr lil Alla. Iċ-ċelebrazzjoni se ssir fil‑Knisja ta’ Santu Wistin fil‑Belt Valletta u tibda fis-6:15pm.

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd… Kompli aqra »

L-Isqfijiet jappellaw għall-paċi hekk kif kiber il-kunflitt fis-Sudan

The Catholic Bishops of Sudan and South Sudan (SCBC) are pleading for an end to the horrific war tearing apart Sudan.

“The fabric of Sudanese society has been torn apart, with people shocked, traumatised, and disbelieving about the level of violence and hatred.”

Yet, there appears to be no end in sight of the escalating conflict between the Sudanese Armed Forces (SAF) and the Rapid Support Forces (RSF)… Kompli aqra »