Yearly Archives: 2024

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ April

L-Ottava tal-Għid – Il-Ġimgħa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 4:1-12
Salm: 117 (118):1-2 u 4,22-24,25-27a

L-Evanġelju: Ġw 21:1-14

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ deher lid-dixxipli ħdejn il-baħar ta’ Tiberija. Dehrilhom hekk: Xmun Pietru, Tumas, li jgħidulu t-Tewmi, Natanjel minn Kana tal-Galilija, ulied Żebedew u tnejn oħra mid-dixxipli tiegħu kienu flimkien, u Xmun Pietru qalilhom: “Sejjer nistad.” Qalulu: “Ħa niġu miegħek aħna wkoll.” Marru, rikbu d-dgħajsa, u dak il-lejl ma qabdu xejn… Kompli aqra »

Nitolbu biex fil-presidenza tiegħek tippromwovi spirtu ta’ kollaborazzjoni, lealtà u armonija fostna – L-Arċisqof

Quddiesa għal art twelidna fl‑inawgurazzjoni tal‑President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Appostlu Missierna San Pawl ħeġġeġ lill-komunità Nisranija Maltija tal-bidu biex titlob ħerqana għall-mexxejja ċivili “biex ngħixu fil-kwiet u s-sliem; fit-tjieba u kif jixraq” (1 Tim 2:2).

Din tkun it-talba tagħna wkoll illum, aħna u nawguraw lill-President-Elett Myriam Spiteri Debono, fil-jum li ser tibda formalment is-servizz tagħha lill-Istat bħala President ta’ Malta.

Fl-Innu Malti aħna nitolbu l-barkiet tad-dehen, tal-ħniena u tas-saħħa… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Il-ġustizzja hi virtù għall-għajxien tajjeb tal-persuni ma’ xulxin

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-Għid it-tajjeb, l-għodwa t-tajba!

U wasalna għat-tieni virtù kardinali: illum se nitkellmu fuq il-ġustizzja. Hija l-virtù soċjali per eċċellenza. Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika jiddefiniha hekk: “Il-virtù morali li biha b’rieda soda u kostanti, nagħtu ’l Alla u lil għajrna dak li jistħoqqilhom” (n. 1807). Din hi l-ġustizzja. Spiss, meta nsemmu l-ġustizzja, nikkwotaw ukoll il-motto li jirrappreżentaha: “unicuique suum” jiġifieri “kulħadd jieħu dak li ħaqqu”… Kompli aqra »

Quddiesa tal-ħatra tal-President Myriam Spiteri Debono – 4 ta’ April 2024, 10am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ April

L-Ottava tal-Għid – Il-Ħamis
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 3:11-26
Salm: 8:2a,5,6-7,8-9

L-Evanġelju: Lq 24:35-48

F’dak iż-żmien, id-dixxipli ta’ Għemmaws kienu qegħdin itarrfu x’kien ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfu lil Ġesù fil-qsim tal-ħobż. Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Huma twerwru bil-biża’ għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma. Iżda hu qalilhom: “Għaliex tħawwadtu? Għaliex dan it-tħassib kollu f’qalbkom? … Kompli aqra »

Ritratti: Il-pellegrinaġġ ta’ San Girgor

  Iż-Żejtun

L-Erbgħa 3 ta’ April l-Arċisqof Charles Scicluna mexxa l-pellegrinaġġ ta’ San Girgor fiż-Żejtun. Il-pellegrinaġġ beda mill-Kappella ta’ San Klement u, wara waqfa qasira ta’ talb fil-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katerina, baqa’ sejjer sal-Knisja ta’ San Girgor. Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 3rd April 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ April

L-Ottava tal-Għid – L-Erbgħa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 3:1-10
Salm: 104 (105):1-2,3-4,6-7,8-9

L-Evanġelju: Lq 24:13-35

Dakinhar stess, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, ġara li tnejn mid-dixxipli kienu sejrin lejn raħal jismu Għemmaws, xi ħdax-il kilometru bogħod minn Ġerusalemm, jitħaddtu bejniethom fuq kulma kien ġara. Huma u jitħaddtu u jitkixxfu bejniethom, Ġesù nnifsu resaq lejhom u baqa’ miexi magħhom. Imma għajnejhom kellhom xi jżommhom u ma setgħux jagħrfuh… Kompli aqra »

Il-Papa waqt ir-Regina Caeli – M’għandniex nirrinuzjaw għall-ferħ tal-Għid!

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb u l-Għid it-tajjeb!

Illum, it-Tnejn fl-Ottava tal-Għid, l-Evanġelju (cfr Mt 28,8-15) jurina l-ferħ tan-nisa għall-qawmien ta’ Ġesù mill-mewt: it-test jgħidilna li telqu minn fejn il-qabar “mimlijin ferħ” u “marru jiġru jagħtu l-aħbar lid-dixxipli” (v. 8). Dal-ferħ li jinbet propju mil-laqgħa personali mal-Irxoxt, hu emozzjoni indeskrivibbli, li jixprunahom biex ixerrdu u jirrakkuntaw dak li kienu raw.

Li taqsam il-ferħ hi esperjenza meraviljuża li nitgħallmu sa minn ċkunitna: naħsbu f’xi tfajjel li jġib marka tajba fl-iskola u jkollu ġenn imur juriha lill-ġenituri, jew xi żgħażugħ li jasal għall-ewwel suċċessi sportivi, jew f’xi familja li titwieled tarbija fiha.  … Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Scicluna f’April 2024

Matul ix‑xahar ta’ April, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

L‑Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑ġranet:

L-Erbgħa 3 ta’ April, fid‑9:30am, l-Arċisqof imexxi l-pellegrinaġġ ta’ San Girgor fiż-Żejtun… Kompli aqra »