Yearly Archives: 2024

Irrestawrata l-faċċata tal-Knisja tal-Franġiskani ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta

Il-faċċata tal-Knisja tal-Franġiskani ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta ġiet irrestawrata u nawgurata sabiex titgawda fis-sbuħija kollha tagħha għal żmien ir-Randan u l-Għid b’interventi li jinkludu x-xogħol ta’ tindif, bdil ta’ ġebel, tikħil u mili tal-fili skont il-bżonn.

Ix-xogħol ta’ restawr fuq il-Knisja beda f’Ottubru tal-2022 fi Triq Sant’Ursula sar b’attenzjoni kbira sabiex ma jkunx hemm ħsara fuq il-ġebla oriġinali. Ix-xogħol beda bit-tneħħija taż-żebgħa, kisi bis-siment u tikħil fuq il-faċċata… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 26 ta’ Marzu 2024, 9:30am

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 49:1-6
Salm: 70 (71):1-2,3-4a,5-6ab,15 u 17

L-Evanġelju: Ġw 13:21-33,36-38

F’dak iż-żmien, waqt li kien fil-mejda mad-dixxipli tiegħu, Ġesù ħass ruħu jitħawwad, u stqarr bil-miftuħ: “Tassew tassew ngħidilkom li wieħed minnkom se jittradini.” Id-dixxipli qabdu jħarsu lejn xulxin, ma jafux għal min qal hekk. Wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li Ġesù kien iħobb, kien maġenbu fuq il-mejda, b’rasu ma’ sider Ġesù… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Niftħulu qlubna!

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti,

Nesprimi l-qrubija tiegħi mal-Komunità San Josè de Apartado, fil-Kolombja, fejn xi jiem ilu sfaw assassinati tfajla u ġuvni.  Fl-2018, din il-komunità kienet ġiet ippremjata bħala eżempju ta’ impenn favur l-ekonomija solidali, il-paċi u d-drittijiet umani.

Niżgura talbi għall-vittmi tal-attentat terroristiku vili li sar ilbieraħ filgħaxija f’Moska. Il-Mulej jilqagħhom fil-paċi tiegħu u jfarraġ il-familji tagħhom. Jalla jikkonverti l-qlub ta’ min jippjana, jorganizza u jwettaq dawn l-azzjonijiet diżumani li joffendu lil Alla, li kien qal: “La toqtolx” (Eż 20,13)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 25 ta’ Marzu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 42:1-7
Salm: 26 (27):1,2,3,13-14

L-Evanġelju: Ġw 12:1-11

Sitt ijiem qabel il-festa tal-Għid, Ġesù mar Betanja, fejn kien joqgħod Lazzru li Ġesù kien qajjem mill-imwiet. Hemmhekk għamlulu ikla; Marta bdiet isservi, waqt li Lazzru kien wieħed minn dawk li qagħdu fuq il-mejda ma’ Ġesù. Marija ħadet libbra fwieħa tan-nard pur, tiswa ħafna, u dilket biha riġlejn Ġesù, imbagħad ixxttathomlu b’xagħarha; u d-dar imtliet bir-riħa tfuħ… Kompli aqra »

Anke fl-iżjed mumenti mudlama, Alla qiegħed hemm għalina – L-Arċisqof f’Ħadd il-Palm

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ippermettuli noffri riflessjoni qasira ispirata minn dan ir-rakkont kommoventi tal-Passjoni tas-Sinjur tagħna Sidna Ġesù Kristu skont San Mark.

First of all I would like to greet our English speaking friends who are with us today as we start the solemn celebration of Holy Week and Palm Sunday, the Sunday dedicated to the Passion of our Lord Jesus Christ… Kompli aqra »

Quddiesa f’Ħadd il-Palm – 24 ta’ Marzu 2024, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju ta’ Ħadd il-Palm: 24 ta’ Marzu

Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 50:4-7
Salm: 21 (22):8-9,17-18a,19-20,23-24
It-Tieni Qari: Fil 2:6-11

L-Evanġelju:  Mt 26:14 – 27:66

I

K F’dak iż-żmien, wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda l-Iskarjota, mar għand il-qassisin il-kbar u qalilhom:

S “Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f’idejkom?”

K U huma tawh tletin biċċa tal-fidda bħala ħlas… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof fil-Ġimgħa Mqaddsa

L‑Arċisqof Charles Scicluna jistieden lill‑Insara biex jieħdu sehem fiċ‑ċelebrazzjonijiet tal‑Ġimgħa Mqaddsa li matulhom il‑Knisja Kattolika tfakkar il‑passjoni, il‑mewt u l‑qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu. F’dawn il‑jiem qaddisa, l‑Arċisqof se jippresiedi ċ‑ċelebrazzjonijiet li se jsiru fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta. Dawn se jixxandru b’mod dirett fuq TVM, TVMNews+, l‑istazzjon tar‑radju RTK103, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Nhar il‑Ħadd li ġej, 24 ta’ Marzu, fid‑9:30am, l‑Arċisqof imexxi ċ‑ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il‑Palm, bit‑tberik tal‑friegħi taż‑żebbuġ u l‑palm, u wara jkompli bil‑quddiesa li fiha jinqara r‑rakkont tal‑Passjoni tal‑Mulej… Kompli aqra »