Yearly Archives: 2024

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof fil-Ġimgħa Mqaddsa

L‑Arċisqof Charles Scicluna jistieden lill‑Insara biex jieħdu sehem fiċ‑ċelebrazzjonijiet tal‑Ġimgħa Mqaddsa li matulhom il‑Knisja Kattolika tfakkar il‑passjoni, il‑mewt u l‑qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu. F’dawn il‑jiem qaddisa, l‑Arċisqof se jippresiedi ċ‑ċelebrazzjonijiet li se jsiru fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta. Dawn se jixxandru b’mod dirett fuq TVM, TVMNews+, l‑istazzjon tar‑radju RTK103, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Nhar il‑Ħadd li ġej, 24 ta’ Marzu, fid‑9:30am, l‑Arċisqof imexxi ċ‑ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il‑Palm, bit‑tberik tal‑friegħi taż‑żebbuġ u l‑palm, u wara jkompli bil‑quddiesa li fiha jinqara r‑rakkont tal‑Passjoni tal‑Mulej… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 23 ta’ Marzu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 37:21-28
Salm: Ġer 31:10,11-12ab,13

L-Evanġelju: Ġw 11:45-56

F’dak iż-żmien, ħafna mil-Lhud, li kienu ġew għand Marija, oħt Lazzru, u raw dak li għamel Ġesù, emmnu fih. Imma xi wħud minnhom marru għand il-Fariżej u qalulhom x’kien għamel Ġesù. Għalhekk il-qassisin il-kbar u l-Fariżej laqqgħu s-Sinedriju u qalu: “X’sejrin nagħmlu? Għax dan il-bniedem qiegħed jagħmel ħafna sinjali. Jekk inħalluh sejjer hekk, kulħadd jemmen fih, u jiġu r-Rumani, u jeqirdulna kemm it-tempju u kemm il-ġens tagħna.”

Imma wieħed minnhom, Kajfa, li kien il-qassis il-kbir dik is-sena, qalilhom: “Intom ma tafu xejn… Kompli aqra »

Fid-Duluri nżommu l-impenn li qatt ma jkollna qalb iebsa għal xulxin – L-Arċisqof

  L-Uffiċini ta’ Beacon Media, il-Blata l-Bajda

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu” (Ġw 19:27). Aħna qegħdin nagħmlu din it-tifkira, biex nidħlu f’dan l-atteġġjament tad-dixxiplu l-maħbub; li jilqa’ għandu lil Marija ta’ Nazaret, il-mamà ta’ Ġesù. U niftakru fil-messaġġ li l-anġlu kien ta lir-raġel tagħha, lil Ġużeppi, meta f’mument ta’ diffikultà kbira għall-omm, li ħarġet tqila bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, u riedet tispjega lil żewġha x’ġara. Tingħata l-għajnuna mingħand l-anġlu tal-Mulej, li lil Ġużeppi jgħidlu: “Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tilqa’ għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu” (Mt 1:20)… Kompli aqra »

Ommu u ommna – L-Isqof Galea-Curmi

Omelija fil-Festa tal-Madonna tad-Duluri

  Il-Knisja Ta’ Ġieżu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Waħda mix-xeni kiefra u ta’ qsim il-qalb hi dik ta’ omm tibki lil xi ħadd minn uliedha. Ilbieraħ rajt filmat qasir ta’ omm Palestinjana f’Gaża tibki biki ta’ qsim il-qalb filwaqt li tħaddan lil binha mejjet, maqtul mit-truppi ta’ Israel. U tilmenta: “X’għamlilhom dan? X’seta’ għamlilhom dan it-tifel?” Ftit qabel, rajt l-istorja ta’ omm f’Israel li tilfet lil binha ta’ 20 sena maqtul mill-Ħamas fis-7 ta’ Ottubru 2023… Kompli aqra »

Ħsieb mill-Arċisqof: kollox jibda mill-paċi fil-qalb

Riflessjoni għar-Randan 2024

Matul l-2024, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qed iħeġġu sabiex bħala pajjiż u Nsara, nirriflettu fuq il-ħames doni mingħand il-Mulej li l-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila jfakkarna fihom fl-Innu Malti: id-dehen, il-ħniena, is-saħħa, l-għaqda u s-sliem. Dan hekk kif din is-sena, Malta tagħlaq 60 sena indipendenti u 50 sena repubblika.

Fl-Innu Malti, Dun Karm talab għal ħames doni. Talab għad-dehen, talab għall-ħniena, għas-saħħa, għall-għaqda u għas-sliem… Kompli aqra »

Il-Papa jitkellem mal-President dwar il-memorji sbieħ tiegħu mal-Għawdxin u l-Maltin

Il-Papa Franġisku ilbieraħ filgħodu kellu udjenza privata mal-President ta’ Malta George Vella fil-Vatikan li fiha l-Papa Franġisku tkellem dwar il-memorji sbieħ mal-poplu Malti u Għawdxi matul iż-żjara tiegħu f’Malta

Fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-President intqal li matul il-laqgħa, il-President Vella u l-Qdusija Tiegħu l-Papa rreferew għar-relazzjonijiet b’saħħithom bejn Malta u s-Santa Sede. Iffukaw ukoll fuq is-sitwazzjoni preżenti fid-dinja, l-effetti tal-gwerra fl-Ukrajna, is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani u l-ħtieġa ta’ paċi ġusta u d-djalogu… Kompli aqra »

Quddies f’Jum id-Duluri – 22 ta’ Marzu 2024, 9:30am

  Il-Knisja ta' Ġieżu, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Marzu

Il-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 20:10-13
Salm: 17 (18):2-3a,3bċ-4,5-6,7 

L-Evanġelju: Ġw 10:31-42

F’dak iż-żmien, il-Lhud reġgħu qabdu l-ġebel biex iħaġġru lil Ġesù. Imma Ġesù qalilhom: “Kien hemm ħafna għemejjel tajba li jiena wrejtkom mingħand il-Missier; għal liema għemil minnhom tridu tħaġġruni?” Weġbuh il-Lhud: “Mhux għal xi għemil tajjeb irridu nħaġġruk, iżda minħabba d-dagħwa li dgħajt, u għax int, li m’intix ħlief bniedem, qiegħed tagħmel lilek innifsek Alla.”

Qalilhom Ġesù: “Fil-Liġi tagħkom ma hemmx miktub: ‘Jiena għedt: Intom allat’? … Kompli aqra »