Yearly Archives: 2024

Il-Knisja għandha teqred kull sitwazzjoni li tipproteġi lil min jabbuża – Il-Papa

“Biex infittxu relazzjonijiet aktar umani f’kull soċjetà, inkluża l-Knisja, irridu naħdmu bla waqfien biex niffurmaw individwi maturi u koerenti li, sodi fil-fidi u l-prinċipji etiċi tagħhom, kapaċi jeħduha kontra l-ħażen, u jagħtu xhieda tal-verità b’ittri kapitali”.

Dan affermah il-Papa Franġisku lbieraħ f’messaġġ mibgħut lill-parteċipanti tat-3 Kungress tal-Amerika Latina, li qed jinżamm fil-Panama bejn it-12 u l-14 ta’ Marzu.

Organizzat miċ-Ċentru għall-Protezzjoni tal-Minuri (CEPROME), dan l-avveniment ġabar rappreżentanti tal-Knisja mir-reġjun biex jirriflettu fuq it-tema: “Vulnerabbiltà u abbuż: Lejn viżjoni usa’ tal-prevenzjoni”… Kompli aqra »

Quddiesa fil-Ħames Ħadd tar-Randan – 17 ta’ Marzu 2024, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Anard, Ħal Kirkop

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 17 ta’ Marzu

Il-Ħames Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 31:31-34
Salm: 50 (51):3-4,12-13,14-15
It-Tieni Qari: Lhud 5:7-9

L-Evanġelju: Ġw 12:20-33

F’dak iż-żmien, fost dawk li telgħu biex iqimu lil Alla fil-festa kien hemm xi Griegi. Dawn marru għand Filippu li kien minn Betsajda tal-Galilija, u talbuh: “Sinjur, nixtiequ naraw lil Ġesù.”

Filippu mar jgħid lil Indrì, u mbagħad Indrì u Filippu marru jgħidu lil Ġesù… Kompli aqra »

Il-Kappella tas-Sagra Familja f’Birżebbuġa se terġa’ tingħata d-dehra oriġinali tagħha

Il-Kappella tas-Sagra Familja f’Birżebbuġa se titreġġa’ għall-istat oriġinali tagħha wara li l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet permess għal proġett ta’ restawr bi ftehim bejn il-Parroċċa ta’ San Pietru u l-Gvern.

Il-kampnari u l-portiku tal-kappella kienu tneħħew fl-1978 minħabba tħassib dwar is-sigurtà kawża ta’ snin ta’ negliġenza, iżda fl-aħħar snin inħass il-bżonn li jsir dan il-proġett u l-kappella tirritorna għal kif kienet qabel. Ir-restawr, bi pjanijiet ta’ tal-espert fl-Arkitettura Klassika Vincent Centorrino se jagħti mill-ġdid dehra oriġinali lil dan il-bini li ngħata protezzjoni ta’ Grad 1 fl-1992… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 16 ta’ Marzu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 11:18-20
Salm: 7:2-3,9bċ-10,11-12

L-Evanġelju: Ġw 7:40-53

F’dak iż-żmien, meta xi wħud min-nies semgħu kliem Ġesù, qalu: “Tassew dan hu l-Profeta.” Oħrajn qalu: “Dan hu l-Messija.” Iżda xi wħud qalu: “Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija? Ma tgħidx l-Iskrittura li l-Messija għandu jiġi min-nisel ta’ David u minn Betlehem, ir-raħal minn fejn kien David?” Hekk in-nies ma qablux bejniethom minħabba fih… Kompli aqra »

Ħsieb mill-Arċisqof: meta niġbdu ħabel wieħed

Riflessjoni għar-Randan 2024

Matul l-2024, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qed iħeġġu sabiex bħala pajjiż u Nsara, nirriflettu fuq il-ħames doni mingħand il-Mulej li l-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila jfakkarna fihom fl-Innu Malti: id-dehen, il-ħniena, is-saħħa, l-għaqda u s-sliem. Dan hekk kif din is-sena, Malta tagħlaq 60 sena indipendenti u 50 sena repubblika.

Dun Karm, fl-Innu Malti talab għal ħames doni. Talab għad-dehen, talab għall-ħniena, għas-saħħa, għall-għaqda u s-sliem… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 15 ta’ Marzu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 2:1a,12-22
Salm: 33 (34):17-18,19-20,21,23

L-Evanġelju: Ġw 7:1-2,10,25-30

F’dak iż-żmien, Ġesù baqa’ jdur fil-Galilija, għax ma riedx joqgħod idur fil-Lhudija billi l-Lhud kienu qegħdin ifittxu li joqtluh. Kienet qorbot għal-Lhud il-festa tal-Għerejjex. Wara li ħutu telgħu għall-festa tela’ hu wkoll, mhux bid-dieher, imma bil-moħbi. Xi wħud min-nies ta’ Ġerusalemm qalu: “Dan mhuwiex dak li qegħdin ifittxuh biex joqtluh? Araw, b’wiċċu minn quddiem qiegħed jitkellem, u ħadd ma hu jgħidlu xejn… Kompli aqra »

Il-Knisja tniedi ‘HopeGen’ biex iż-żgħażagħ jibnu soċjetà iktar ġusta

HopeGen, proġett ta’ sena bejn il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi u l-Malta Catholic Youth Network (MCYN), ġie mniedi sabiex b’mod attiv, iż-żgħażagħ ikollhom l-għodda u s-setgħa jibnu soċjetà aktar ġusta.

Permezz ta’ HopeGen, il-Knisja f’Malta hi impenjata li trawwem ġenerazzjoni ta’ żgħażagħ bit-tama li jkunu ċittadini attivi u responsabbli. Dan filwaqt li jindirizzaw ukoll diversi sfidi, inġustizzji, u inċertezzi preżenti madwarna. It-taħriġ lil madwar 15-il parteċipant se jingħata permezz ta’ taħdidiet, workshops, diskorsi minn esperti, diskussjonijiet fi gruppi u l-ħolqien ta’ kampanji ta’ għarfien… Kompli aqra »