Yearly Archives: 2024

Il-Papa fl-Udjenza: Kif nistgħu nakkwistaw il-virtù

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Wara li għalaqna l-kullana fuq il-vizzji, wasal il-mument li ndawru ħarsitna fuq in-naħa l-oħra tal-kwadru, li hi opposta għall-esperjenza tal-ħażen. Il-qalb tal-bniedem tista’ toqgħod għall-passjonijiet ħżiena, tista’ tagħti widen għal tentazzjonijiet li jagħmlulha l-ħsara u jilbsu libsa persważiva, imma tista’ anki teħodha kontra dan kollu. Tidher kemm tidher ħaġa iebsa, l-umanità tagħna hi magħmula għat-tajjeb, biex tilħqu tassew, u tista’ anki titħarreġ f’din l-arti, billi tħabrek biex ċerti dispożizzjonijiet isiru ħaġa permanenti fiha… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 14 ta’ Marzu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 32:7-14
Salm: 105 (106):19-20,21-22,23

L-Evanġelju: Ġw 5:31-47

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud: “Kieku jien kelli nagħti xhieda fuqi nnifsi, ix-xhieda tiegħi ma kinitx tkun minnha. Hemm ħaddieħor li jagħti xhieda fuqi, u jiena naf li x-xhieda li jagħti fuqi hu hi minnha.

Intom bgħattu tistaqsu lil Ġwanni, u hu ta xhieda għall-verità. Mhux għax jien għandi bżonn ix-xhieda ta’ bniedem, imma qiegħed ngħidilkom dan għas-salvazzjoni tagħkom… Kompli aqra »

Ħraxu għal min għamel il-ġid – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ħraxu għal Ġesù” (Ġw 5:16). Din il-kelma “ħraxu” tolqotna ħafna f’dan l-Evanġelju. Dan għaliex meta inti taqra x’għamel Ġesù hawnhekk, tinduna li għamel xi ħaġa ta’ ġid, ta’ ġid kbir. Għaliex l-Evanġelju jgħid li l-Lhud “ħraxu għal Ġesù”? Ir-raġuni jagħtihielna l-Evanġelju stess: “għax f’Jum is-Sibt kien jagħmel ħwejjeġ bħal dawn” (Ġw 5:16). Bħal liema? Xi ħwejjeġ kien jagħmel Ġesù? F’Jum is-Sibt kien jagħmel il-ġid, kien ifejjaq… Kompli aqra »

Isqfijiet Ewropej: Għal vot responsabbli li jippromwovi l-valuri Kristjani u l-proġett Ewropew

In view of the elections for the European Parliament to be held on 6-9 June 2024, the Commission of the Bishops’ Conferences of the European Union (COMECE) issued a statement inviting all citizens, especially Catholics, to prepare for the elections and vote responsibly “promoting Christian values and the European project”

“We, bishops representing the Bishops’ Conferences of the European Union, call on all citizens, especially Catholics, to prepare for and vote in the coming European elections of June 2024… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 13 ta’ Marzu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 49:8-15
Salm: 144 (145):8-9,13ċd-14,17-18

L-Evanġelju: Ġw 5:17-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-ġemgħa tal-Lhud: “Missieri għadu jaħdem sa issa; mela naħdem jien ukoll.” U minħabba f’hekk il-Lhud wisq iżjed minn qabel bdew ifittxu li joqtluh, mhux biss għax kien jikser is-Sibt, imma wkoll għax lil Alla kien jgħidlu Missieru u jqis ruħu daqs Alla.

Ġesù qabad u qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom li l-Iben ebda ħaġa ma jista’ jagħmel minn rajh jekk ma jarax lil Missieru jagħmilha; għax il-ħwejjeġ li jagħmel il-Missier, jagħmilhom l-Iben ukoll, bħalu… Kompli aqra »

Sinjal qawwi – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ir-raġel emmen il-kelma li qallu Ġesù” (Ġw 4:50). Dan hu li naqraw fl-Evanġelju skond San Ġwann fuq dan l-uffiċċjal tas-sultan li ġie jfittex lil Ġesù biex jgħidlu ħa jmur ifejjaq lil ibnu, għax ibnu kien ħażin ħafna. Nafu li lil Ġesù għamillu talba ħerqana: “Inżel, Mulej, qabel ma jmutli t-tifel” (Ġw 4:49). Hija verament talba li ġejja mill-qalb. U nafu li Ġesù ma marx, imma qallu: “Mur, ibnek ħaj” (Ġw 4:50)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 12 ta’ Marzu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 47:1-9,12
Salm: 45 (46):2-3,5-6,8-9

L-Evanġelju: Ġw 5:1-3a,5-16

Wasal jum ta’ festa għal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. F’Ġerusalemm, maġenb il-menqgħa tal-Bieb tan-Nagħaġ, hemm bini b’ħames loġoġ, li bil-Lhudi jgħidulu Betzata. F’dawn il-loġoġ kienet toqgħod kotra ta’ morda, għomja, zopop u mifluġin.

U kien hemm raġel li kien ilu tmienja u tletin sena marid. Ġesù rah qiegħed hemm, u meta sar jaf li kien ilu marid dak iż-żmien kollu qallu: “Trid tfiq?” Wieġbu l-marid: “Sinjur, ma għandix min jitfagħni fil-menqgħa xħin jitqanqal l-ilma, għax waqt li nkun sejjer jien ħaddieħor jinżel qabli.” Qallu Ġesù: “Qum, aqbad friexek u imxi!” Minnufih dak ir-raġel fieq, qabad friexu u beda miexi… Kompli aqra »