Yearly Archives: 2024

Il-Papa se jmexxi l-’24 siegħa għall-Mulej’ li jmiss

Pope Francis goes to confession during a Lenten penance service in St Peter’s Basilica at the Vatican March 25, 2022, as part of the “24 Hours for the Lord” Lenten prayer initiative. (CNS photo/Paul Haring)

Pope Francis will open the eleventh edition of the ’24 Hours for the Lord’ Lenten initiative this Friday, March 8, at the Roman parish of San Pio V, according to a statement from the Dicastery for Evangelization… Kompli aqra »

L-Arċisqof jappella lill-MCESD biex ħadd ma jħossu ċittadin tat-tieni klassi

L-Arċisqof Charles Sclcuna u l-Isqof Joseph Galea-Curmi flimkien mal-MCESD u membri tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi. Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace

L‑Arċisqof Charles Scicluna appella lill-imsieħba soċjali tal‑Kunsill Malti għall‑Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) sabiex fid‑deċiżjonijiet li jittieħdu ma ninsewx lir-residenti mhux Maltin li qed jgħixu f’pajjiżna għaliex m’għandhomx ikunu ċittadini tat‑tieni klassi.

Huwa qal dan waqt laqgħa li fil-Kurja tal-Arċisqof u li għaliha kien hemm preżenti wkoll l-Isqof Joseph Galea-Curmi, bil‑parteċipazzjoni tas‑Segretarju Parlamentari għad‑Djalogu Soċjali, l‑Onor… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 5 ta’ Marzu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 3:25,34-43
Salm: 24 (25):4bċ-5ab,6-7bċ,8-9

L-Evanġelju: Mt 18:21-35

F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?” Wieġbu Ġesù: “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet. Imma sa sebgħa u sebgħin darba.

Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu. Kif beda jagħmel dan, ħadulu quddiemu wieħed li kellu jagħtih għaxart elef talent… Kompli aqra »

Taħdita pubblika: U jdejk jgħallmuni kollox

Taħdita dwar Oliver Friggieri u San Ġorġ Preca

Iċ-Ċentru Studji Dun Ġorġ, fi ħdan is-Soċjetà tal-MUSEUM, qed jorganizza taħdita għall-pubbliku dwar Oliver Friggieri u San Ġorġ Preca minn Dr David Aloisio.

Il-kittieb Oliver Friggieri kien jiddeskrivi lil San Ġorġ Preca bħala “bniedem li ma kienx f’postu f’din id-dinja u li għex jistenna li jmur lura f’postu. Sadattant ipprova jkaxkar lil kulħadd miegħu, bil-kelma li kienet azzjoni, u bl-azzjoni li żvugat fil-kelma”… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Daqshekk għall-ġlied fil-Lvant Nofsani

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-lum itina xena iebsa: Ġesù jkeċċi lil-merkanti mit-tempju (ara Ġw 2:13-25), Ġesù jkeċċi lill-bejjiegħa, jaqleb il-bankijiet tas-sarrafa tal-flus u jwiddeb lil kulħadd b’dal-kliem: “Id-dar tiegħi tagħmulhiex dar tan-negozju: (v. 16). Nieqfu ftit fuq il-kuntrast bejn dar u suq: dawn huma żewġ modi kif bniedem jippreżenta ruħu quddiem il-Mulej.

Fit-tempju meqjus bħala suq, biex wieħed ikun f’postu ma’ Alla kien biżżejjed jixtri nagħġa, iħallas tagħha u jikkunsmaha fuq il-ħatab tal-altar… Kompli aqra »

Dar il-Missier u l-qalb tal-bniedem – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-tielet Ħadd tar-Randan

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju” (Ġw 2:16) Dan hu li qal Ġesù dak inhar li daħal fit-tempju u għamel xi ħaġa li baqgħet tissemma fost in-nies – tant hu hekk li huma l-erba’ evanġelisti li lkoll jagħtuna r-rakkont ta’ din il-ġrajja. Ġesù daħal fit-tempju u beda jkeċċi lil dawk li kienu qed ibigħu l-annimali għas-sagrifiċċju u jaqleb l-imwejjed u jxerred il-flus ta’ dawk li kienu jsarrfu l-flus, u qalilhom: “Dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 4 ta’ Marzu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slat 5:1-15a
Salm: 41 (42):2,3; 42 (43):3,4

L-Evanġelju: Lq 4:24-30

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie Nazaret, daħal fis-sinagoga u qal lill-ġemgħa: “Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f’pajjiżu. Għax, ngħidilkom is-sewwa, kien hemm bosta romol f’Iżrael fi żmien Elija meta s-sema baqa’ tliet snin u sitt xhur magħluq u waqa’ ġuħ kbir fil-pajjiż kollu; madankollu għand ħadd minnhom ma ntbagħat Elija, imma għand waħda armla minn Sarefta ta’ Sidon… Kompli aqra »

Ġesù jipprova jippurifikana minn dir-reliġjon tat-tpartit – L-Arċisqof

Quddiesa fit-Tielet Ħadd tar-Randan

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġużepp, il-Kalkara

L-episodju li għadna kemm smajna hu episodju tant importanti fil-ħajja ta’ Ġesù li nsibuh fl-erba’ evanġelji. Mhux kollox insibu fl-erba’ evanġelji imma hemm ċerti affarijiet bħall-mewt ta’ Ġesù, il-qawmien tiegħu mill-imwiet li huma tant importanti li nsibuhom fl-Evanġelju ta’ San Mattew, ta’ San Mark, ta’ San Luqa u ta’ San Ġwann.

Din is-silta li għadna kemm smajna hi mill-Evanġelju skont San Ġwann. Id-differenza bejn l-evanġelji hi meta jpoġġu dan l-inċident… Kompli aqra »