Yearly Archives: 2024

Ippubblikat bil-Malti d-dokument Laudate Deum tal-Papa Franġisku

Id-Dar Editriċi tal-Franġiskani Konventwali, Reliġjon u Ħajja (RuĦ), għadha kif ippubblikat id-dokument Laudate Deum tal-Papa Franġisku bil-Malti. It-traduzzjoni saret minn Francesco Pio Attard, il-ktejjeb hu ta’ 48 paġna u bl-istess format tal-Enċiklika Laudato Si’ li kienet ppubblikata fl-2015. Il-ktieb bl-Enċiklika Laudato Si’ bil-Malti kien ġie eżawrit u RuĦ ħarġet edizzjoni ġdida tiegħu flimkien mad-dokument Laudate Deum… Kompli aqra »

Ma nagħmlux lilna nfusna minflok Alla – L-Isqof Galea Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Fl-aħħar bagħtilhom lill-ibnu” (Mt 21:37).  Hekk naqraw f’din is-silta, il-parabbola li qal Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Mattew, li hi parabbola li tfisser fil-qosor l-Istorja tas-Salvazzjoni. Meta Ġesù jsemmi hawnhekk lil sid l-għalqa li jqabbilha lil xi bdiewa, imbagħad jibgħat lill-qaddejja tiegħu biex jiġbru l-frott, sid il-għalqa jirrappreżenta lil Alla li bagħat diversi profeti tul is-snin, imma li ħafna nies daru kontriehom… Kompli aqra »

Il-mexxejja tal-Knejjes f’Ġerusalemm jikkundannaw bis-saħħa l-aħħar attakk imdemmi f’Gaża

Palestinians wounded in Israeli fire while waiting for aid, according to health officials, lie on beds at Al Shifa hospital, amid the ongoing conflict between Israel and Hamas, in Gaza City.

In a statement issued on Friday 1 March, the Patriarchs and Heads of Churches in Jerusalem have joined the international community in condemning the “wanton attack against innocent civilians” that took place the previous day in Gaza City during the distribution of humanitarian aid.  … Kompli aqra »

Quddiesa fit-Tielet Ħadd tar-Randan – 3 ta’ Marzu 2024, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġużepp, il-Kalkara

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 3 ta’ Marzu

It-Tielet Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eż 20:1-17
Salm: 18 (19):8,9,10,11
It-Tieni Qari: 1 Kor 1:22-25

L-Evanġelju: Ġw 2:13-25

Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus. Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll ’il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta’ dawk li kien jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Scicluna f’Marzu 2024

Matul ix‑xahar ta’ Marzu, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

L‑Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑ġranet:

Il‑Ħadd 3 ta’ Marzu, fid‑9:30am, Mons… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 2 ta’ Marzu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari:  Mikea 7:14-15,18-20
Salm: 102 (103):1-2,3-4,9-10,11-12

L-Evanġelju: Lq 15:1-3,11-32

F’dak iż-żmien, il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu lejn Ġesù bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom!” U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola:

“Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Iż-żgħir qal lil missieru: ‘Missier, agħtini s-sehem li jmiss lili mill-ġid.’ U dak qassmilhom il-ġid… Kompli aqra »

Ħsieb mill-Arċisqof: inħaddnu ħniena bla limitu

Riflessjoni għar-Randan 2024

Matul l-2024, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qed iħeġġu sabiex bħala pajjiż u Nsara, nirriflettu fuq il-ħames doni mingħand il-Mulej li l-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila jfakkarna fihom fl-Innu Malti: id-dehen, il-ħniena, is-saħħa, l-għaqda u s-sliem. Dan hekk kif din is-sena, Malta tagħlaq 60 sena indipendenti u 50 sena repubblika.

Il-ħames doni li Dun Karm jitlob fuqhom u għalihom fit-tieni strofa tal-Innu Malti, huma d-dehen, il-ħniena, s-saħħa, l-għaqda u s-sliem. 

Fit-tieni riflessjoni nixtieq li nieqfu ftit naħsbu fuq id-don sabiħ tal-ħniena… Kompli aqra »

L-Arċidjoċesi tikkundanna kummenti malafamanti dwar it-Tribunal Ekkleżjastiku

Qed issir referenza għal blogpost ta’ Simon Mercieca bit‑titlu “Jason  Azzopardi jingħata l‑annullament taż‑żwieġ mit‑tribunal tal‑Knisja”.

F’din il‑blogpost, Simon Mercieca jagħmel diversi dikjarazzjonijiet skorretti u malafamanti fil-konfront ta’ membri tat‑Tribunal Ekkleżjastiku, b’mod partikolari tal‑President tat‑Tribunal Reġjonali tat‑Tieni Istanza, Mons. Joseph Bajada.

Fost l‑oħrajn, Simon Mercieca jallega li Mons. Bajada influwenza deċiżjoni biex
Dr Azzopardi jingħata annullament minħabba r-rabta ta’ Mons… Kompli aqra »