Yearly Archives: 2024

Quddiesa u Rużarju – 26 ta’ Frar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 9:4b-10
Salm: 78 (79):8,9,11 u 13

L-Evanġelju: Lq 6:36-38

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom. Tiġġudikawx, u ma tkunux iġġudikati; tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati; aħfru, u ssibu l-maħfra. Agħtu, u jingħatalkom.

Kejl tajjeb, marsus, mheżżeż sewwa u mburġat iqegħdulkom f’ħoġorkom; għax bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom.” Kompli aqra »

Quddiesa fit-Tieni Ħadd tar-Randan – 25 ta’ Frar 2024, 9:30am

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Lawrenz, San Lawrenz, Għawdex

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 25 ta’ Frar

It-Tieni Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 22:1-2,9a,10-13,15-18
Salm: 115(116):10,15-19
It-Tieni Qari: Rum 8:31b-34

L-Evanġelju: Mk 9:2-10

F’dak iż-żmien, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom. Ilbiesu sar abjad u jgħammex b’dija tal-għaġeb: ebda ħassiel fid-dinja ma jista’ jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk. U dehrilhom Elija ma’ Mosè, jitkellmu ma’ Ġesù… Kompli aqra »

Strumenti tal-għaqda u s-sliem – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ħalli l-offerta tiegħek hemmhekk quddiem l-artal, u mur l-ewwel irranġa ma’ ħuk, imbagħad ejja tella’ l-offerta tiegħek” (Mt 5:24). Dan hu l-kliem li jgħid Ġesù llum lid-dixxipli tiegħu fl-Evanġelju, meta qed jgħidilhom kif għandhom iġibu ruħhom mal-oħrajn: l-imħabba li tkun f’qalbhom, mhux il-mibegħda; il-maħfra u mhux b’xi mod il-vendikazzjoni. Hawn jgħid li jekk tkun qed itella’ l-offerta tiegħek fuq l-artal, u hemm “tiftakar li ħuk għandu xi ħaġa kontra tiegħek” (Mt 5:23), ħalli l-offerta hemmhekk, u mur l-ewwel irranġa ma’ ħuk, imbagħad ejja tella’ l-offerta tiegħek… Kompli aqra »

Kbira l-providenza ta’ Alla! – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kolleġġjata ta’ San Pawl, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ħbieb, kien imisskom smajtu minni u ma tlaqtux minn Kreta. Kontu teħilsu minn din il-ħsara u dan it-telf” (Atti 27:21). Dan huwa l-kliem li jgħid Pawlu lin-nies fuq il-ġifen, kif smajna fl-Atti tal-Appostli. Fil-fatt hekk kien għamel ftit qabel din is-silta, kien wissa b’mod ċar. Kien qalilhom: “Qiegħed nara li s-safra se tkun ta’ ħsara u telf kbir, mhux biss għat-tagħbija u l-ġifen, imma għal ħajjitna wkoll” (Atti 27:10)… Kompli aqra »

Nitolbu lil Alla jkisser il-ħafna ħitan li jifirduna – L-Arċisqof fil-festa ta’ San Pawl

Quddiesa fil-festa trasferita ta' San Pawl Nawfragu

  Il-Kolleġġjata ta' San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kif tidħol f’dan it-tempju għażiż, u tħares ‘il fuq, tara pittura sabiħa tal-Palumbi, tal-1902, li din is-sena ġiet ukoll riprodotta fil-qoxra tal-programm tal-festa ta’ din is-sena. U li fiha l-artist bravu jżejjen lil din il-Knisja bl-arti tiegħu, jippreżentalna x-xena ta’ Pawlu, l-Appostlu Missierna, li jippreżenta lil Malta, lilna, lil Ġesù. Malta, imlibbsa bl-oħla dija, biex nissellef il-kliem sabiħ tal-poeta nazzjonali Dun Karm, miktub għoxrin sena wara, fl-1922 – ‘Bl-oħla dawl libbist’… Kompli aqra »

“Alla jimxi mal-poplu tiegħu”: Titħabbar it-tema għall-Ġurnata Dinjija għar-Refuġjati 2024

The Vatican’s Dicastery for Promoting Integral Human Development has announced the theme for the 110th World Day of Migrants and Refugees.

The theme for this year’s World Day – which will be celebrated on Sunday, 29 September 2024 – will be “God walks with His people”.

A Church on the move

Ahead of that date, Pope Francis will release a message.

In a press release, the Dicastery said that this message would “address the itinerant dimension of the Church”, with “a particular focus on our migrant brothers and sisters”, who represent “a contemporary icon of the journeying Church.”

It is a path to be undertaken in a synodal way,” the statement continues, “overcoming all threats and obstacles, in order to reach our true homeland together.  During this journey, wherever people find themselves, it is essential to recognize the presence of God who walks with His people, assuring them of His guidance and protection at every step.  Yet it is equally essential to recognize the presence of the Lord, Emmanuel, God-with-us, in every migrant who knocks at the door of our hearts and offers an opportunity for encounter.”

110 years of the World Day

The World Day of Migrants and Refugees is observed every year on the last Sunday of September… Kompli aqra »

Quddiesa fil-festa trasferita ta’ San Pawl – 24 ta’ Frar 2024, 9:30am

  Il-Kolleġġjata ta' San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 26:16-19
Salm: 118 (119):1-2,4-5,7-8

L-Evanġelju: Mt 5:43-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: ‘Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek.’ Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex… Kompli aqra »