Yearly Archives: 2024

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 30:15-20
Salm: 1:1-2,3,4,6

L-Evanġelju: Lq 9:22-25

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jeħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna, jiċħduh ix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum.”

Darba qal lil kulħadd: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isalvaha… Kompli aqra »

Il-ħames barkiet għal pajjiżna

Matul l-2024, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qed iħeġġu sabiex bħala pajjiż u Nsara, nirriflettu fuq il-ħames doni mingħand il-Mulej li l-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila jfakkarna fihom fl-Innu Malti: id-dehen, il-ħniena, is-saħħa, l-għaqda u s-sliem. Dan hekk kif din is-sena, Malta tagħlaq 60 sena indipendenti u 50 sena repubblika. Kompli aqra »

“Niskopru lil Alla bħala l-missier li ma jixtieqx jitlaqna” – L-Arċisqof f’Ras ir-Randan

Quddiesa fl-Erbgħa tal-Irmied

  Il-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni (Sarria), il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Waħda mill-affarjiet li jolqtuni f’dan il-qari li kull sena nibdew bih ir-Randan huwa li Ġesù jagħtina t-tliet għemejjel tar-Randan: il-karità, it-talb u s-sawm. Il-karità tħares lejn il-proxxmu; it-talb hu r-relazzjoni tagħna ma’ Alla; u s-sawm hu kif nieħdu ħsieb tagħna nfusna b’ħajja sobrjetà u ta’ kontroll tagħna nfusna. Is-sawm mhuwiex li tgħakkes lilek innifsek b’mod mażokista imma li tieħu ħsiebek bi stil ta’ ħajja mrażżna, il-bilanċ tal-ħajja… Kompli aqra »

Avviż

Il-Ġimgħa, 16 ta’ Frar 2024, il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet; u t-Tribunal Ekkleżjastiku fil-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa l-ġurnata kollha.

Il-Kurja u t-Tribunal Ekkleżjastiku se jerġgħu jiftħu s-Sibt, 17 ta’ Frar 2024. Kompli aqra »

Quddiesa f’Ras ir-Randan – 14 ta’ Frar 2024, 9:30am

  Il-Knisja ta' Sarria, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Papa għar-Randan 2024

Għeżież ħuti!

Meta Alla tagħna jirrivela lilu nnifsu, b’libertà sħiħa jgħidilna: “Jiena hu l-Mulej, Alla tiegħek, li ħriġtek mill-art tal-Eġittu, minn dar il-jasar” (Eż 20:2). Hekk jiftaħ id-Dekalogu mogħti lil Mosè fuq il-muntanja Sinaj. Il-poplu jaf sew xi ħruġ qed jitkellem fuqu Alla: l-esperjenza tal-jasar għadha mmarkata f’laħmu. Jirċievi l-għaxar kelmiet fid-deżert bħala triq ta’ ħelsien. Aħna nsejħulhom “kmandamenti”, b’enfasi fuq il-qawwa tal-imħabba li biha Alla jeduka lill-poplu tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Frar

L-Erbgħa tal-Irmied
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġoel 2:12-18
Salm: 50 (51): 3-4,5-6a,12-13,14 u 17
It-Tieni Qari: 2 Kor 5:20 – 6:2

L-Evanġelju: Mt 6:1-6,16-18

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet.

Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom… Kompli aqra »

Ġustizzja aktar effettiva mal-vittmi tad-droga – Caritas Malta dwar il-White Paper

Caritas Malta ssottomettiet formalment l-opinjoni tagħha dwar il-White Paper. Din l-istqarrija tikkomunika l-punti ewlenin tal-ħsibijiet li għaddiet nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Frar 2024. 

L-opinjoni tinkludi l-ħsibijiet ta’ madwar 45 resident li bħalissa qed jagħmlu programm residenzjali ta’ rijabilitazzjoni ma’ Caritas Malta, klijenti li għamlu użu mis-servizzi ta’ Caritas fil-passat, u tal-istaff ta’ Caritas Malta li jaħdmu kemm fil-qasam tar-riabilitazzjoni kif ukoll tal-prevenzjoni.  

Caritas Malta laqgħet il-proposti elenkanti fil-White Paper li għandhom il-potenzjal li jiffavorixxu r-rijabilitazzjoni ta’ persuni li huma dipendenti fuq id-droga u li jsarrfu f’iktar ġustizzja soċjali, iżda ma qablitx mal-proposta tal-ammonti indikati biex wieħed ikun eliġibbli għad-Drug Offenders Rehabilitation Board… Kompli aqra »

Żmien ir-Randan 2024

Għada l‑Erbgħa, 14 ta’ Frar 2024, il‑Knisja Kattolika tagħti bidu għar‑Randan Imqaddes: 40 jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑Passjoni, il‑Mewt u l‑Qawmien mill‑mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.

L‑Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra l‑quddiesa ta’ Ras ir‑Randan fil‑Knisja tal‑Immakulata Kunċizzjoni (Sarria) fil‑Furjana, li tinkludi t‑tberik u t‑tqegħid tal‑irmied. Il‑quddiesa tibda fid‑9:30am u tixxandar fuq TVM, Knisja.mt, u Newsbook.com.mtKompli aqra »

L-għożża lejn xulxin – L-Isqof Galea-Curmi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mhux sewwa li l-bniedem jibqa’ waħdu” (Ġen 2:18). Dan il-kliem insibuh fil-ktieb tal-Ġenesi, fl-Iskrittura. Huwa kliem li qalu Alla fil-ħolqien, u huwa dan li l-Papa Franġisku ħa bħala t-titlu tal-messaġġ tiegħu għal Jum il-Morda.

Mhux sewwa li l-bniedem jibqa’ waħdu, għax meta Alla ħalaq lill-bniedem, ma ħalqux biex jibqa’ waħdu, iżolat, imma biex flimkien ma’ oħrajn jista’ jibni relazzjoni ta’ mħabba… Kompli aqra »