Yearly Archives: 2024

Il-laqgħa tal-għajnejn ittaffi ħafna weġgħat – L-Arċisqof lill-koppji miżżewġin

Quddiesa għall-koppji li żżewġu fl-2023

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Wieħed mill-aspetti kommoventi ta’ din il-festa hu l-misteru kbir tal-imħabba ta’ Alla, li ħerqana li tinfirex mat-trufijiet tal-art, u tlaqqa’ mal-ħniena ta’ Alla lill-ġnus kollha. Illum nistgħu ngħidu li qed niċċelebraw l-inklussività, u l-universalità tal-imħabba u tal-ħniena ta’ Alla. Din it-tarbija ċkejkna li twieldet fil-belt ta’ David, mhijiex biss imwielda għall-poplu Lhudi, imma hi wkoll ta’ salvazzjoni għall-ġnus. Ta’ 40 jum, Ġesù jkun f’dirgħajn Xmun fit-Tempju ta’ Ġerusalemm, u li dan “ir-raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael” (Lq 2:25), u jara l-Messija tal-Mulej, imdawwal mill-Mulej stess, iħares lejn din it-tarbija, u jirringrazzja lil Alla li qed jaraha b’għajnejh, qed jaraha wiċċ imb wiċċ, u jgħid, din hi “dawl biex idawwal il-ġnus, u glorja tal-poplu ta’ Iżrael” (Lq 2:32)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 8 ta’ Jannar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Jannar

Il-Magħmudija tal-Mulej – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 55:1-11
Salm: Iż 12:2-3,4bċd,5-6
It-Tieni Qari: 1 Ġw 5:1-9

L-Evanġelju: Mk 1:7-11

F’dak iż-żmien, Ġwanni l-Battistakien ixandar u jgħid: “Ġej warajja min hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix nitbaxxa quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu. Jiena għammidtkom bl-ilma, iżda huwa jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu.”

U ġara li f’dawk il-jiem ġie Ġesù minn Nazaret tal-Galilija, u tgħammed minn Ġwanni fil-Ġordan… Kompli aqra »

L-Arċisqof fl-Epifanija: Kif tilqa’ lil Ġesù? Bħala dawl ta’ ħajtek jew sinjal li tmerih?

Quddiesa fis-solennità tal-Epifanija tal-Mulej

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għadna kemm smajna t-tħabbira tal-Għid il-Kbir li se jkun fil-31 ta’ Marzu.

Fil-profezija li tingħata lil Erodi li jixtieq isir jaf fejn twieled dan is-sultan tal-Lhud, l-għorrief tiegħu jikkwotawlu l-profeta: “U int, Betlehem, art ta’ Ġuda, le m’intix l-iżgħar fost il-bliet il-kbar ta’ Ġuda għax minnek joħroġ mexxej li jirgħa l-poplu tiegħi Iżrael” (Mt 2:6). F’din il-profezija jitħabbar mexxej li jkun ragħaj li jagħti ħajtu għall-merħla tiegħu… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus – Jirnexxielna nħarsu lejn il-problemi tad-dinja minn għajnejn it-tfal?

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb u l-festa t-tajba!

Illum qed niċċelebraw l-Epifanija tal-Mulej, jiġifieri l-mument meta Hu wera ruħu lill-popli kollha, irrappreżentati mill-Maġi (cfr Mt 2, 1-12).  Huma l-għorrief li qed ifittxu, li wara li tqanqlu hekk kif dehritilhom il-kewkba, jaqbdu t-triq u jaslu Betlehem. Hemmhekk isibu lil Ġesù, “ma’ Marija ommu”, jinxteħtu jagħtuh qima u joffrulu “deheb, inċens u mirra” (v. 11).

Bnedmin għorrief li jgħarfu l-preżenza t’Alla f’sempliċi Tarbija; mhux f’xi prinċep jew xi nobbli, imma f’iben nies foqra, u jinżlu jadurawh.  … Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd fl-Epifanija – 7 ta’ Jannar 2024, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 7 ta’ Jannar

L-Epifanija tal-Mulej – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 60:1-6
Salm: 71 (72):1-2,7-8,10-11,12-13
It-Tieni Qari: Ef 3:2-3a. 5-6

L-Evanġelju: Mt 2:1-12

Meta twieled Ġesù f’Betlehem tal-Lhudija, fi żmien is-sultan Erodi, xi maġi mil-Lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu: “Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna l-kewkba tiegħu tielgħa, u ġejna nqimuh.” Is-sultan Erodi sama’ bihom, u tħawwad hu u Ġerusalemm kollha miegħu. Ġabar flimkien il-qassisin il-kbar u l-kittieba kollha tal-poplu, u ried jaf mingħandhom fejn kellu jitwieled il-Messija… Kompli aqra »

Iktar minn “xi ħaġa tajba” – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nażaret?” (Ġw 1:46) Din hija l-mistoqsija li għamel Natanael meta Filippu mar isibu, ikellmu, u jgħidlu: “Sibna lil dak li kitbu fuqu Mosè fil-liġi, u l-profeti fil-kotba tagħhom: Ġesù minn Nażaret” (Ġw 1:45). Kienet reazzjoni immedjata dik ta’ Natanael, li staqsa tistax toħroġ xi ħaġa tajba minn Nażaret.

Ħa nħarsu ftit lejn dawn it-tlieta min-nies li naraw illum fl-Evanġelju – Ġesù, Filippu u Natanael – u naraw dak li nitgħallmu minnhom għall-ħajja tagħna. 

L-ewwel nett, Ġesù hu dak li dejjem jieħu l-inizjattiva… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 6 ta’ Jannar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 5:5-13
Salm: 147:12-13,14-15,19-20

L-Evanġelju: Mk 1:7-11

F’dak iż-żmien, Ġwanni kien ixandar u jgħid: “Ġej warajja min hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix nitbaxxa quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu. Jiena għammidtkom bl-ilma, iżda huwa jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu.”

U ġara li f’dawk il-jiem ġie Ġesù minn Nazaret tal-Galilija, u tgħammed minn Ġwanni fil-Ġordan. U minnufih hu u tiela’ mill-ilma ra s-smewwiet jinfetħu, u l-Ispirtu bħal ħamiema nieżel fuqu; u mis-smewwiet instama’ leħen: “Inti ibni l-għażiż; fik sibt l-għaxqa tiegħi.” Kompli aqra »