It-Tnejn
9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali.
4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-elezzjoni tal-Madre Superjura tal-Qaddejja taċ-Ċenaklu, fid-Dar tal-Kleru.
It-Tlieta
9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Knisja.
4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa fi programm ‘live’ fuq Radju RTK.
6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Parroċċa ta’ Xbiex fl-okkazjoni tal-bidu tal-ħidma pastorali tal-Kappillan il-ġdid, Rev. P. Wistin Vella O.C.D.
L-Erbgħa
7.30 p.m. L-Arċisqof jipprezenta l-premju Mons. Azzopardi waqt attivita’, fil-Radisson Blu Resort, San Ġiljan.
Il-Ħamis
10.15 a.m. L-Arċisqof ibierek l-impjant tar-riċiklaġġ ta’ S. Antnin, Wied il-Għajn.
12.00 p.m. L-Arċisqof ibierek l-istatwa ġdida tal-Papa Ġwanni Pawlu II fir-residenza San Vincenz de Paule.
7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Bormla, fl-okkażjoni tad-90 sena mit-twaqqif tal-Partit Laburista.
Il-Ġimgħa
7.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’laqgħa organizzata mill-grupp ta’ koppji mizzewġin ‘Genesis 2’, fil-kulleġġ Stella Maris, Gzira.
Is-Sibt
6.00 p.m. L-Arċisqof imexxi Quddiesa li fiha Sr M. Claudia Mallia u Sr. M. Monica Vella, Sorijiet tal-Ursolini, se jagħmlu l-Professjoni Perpetwa, fil-Knisja tal-Ħniena Divina, Naxxar.
Il-Ħadd
10.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra s-Sagrament tal-Grizma tal-Isqof, fil-Parroċċa ta’ Ħal Luqa.
5.30 p.m. L-Arċisqof imexxi ċelebrazzjoni fil-Katidral tal-Imdina fl-okkażjoni tal-pussess ta’ Mons. Karm Aquilina bħala kanonku tal-Kapitlu Metropolitan.
6.30 p.m. L-Arċisqof jattendi għall-attivita’organizzata mill-KDZ, fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu’, Mosta, fejn matulha se jwassal messaġġ liż-żgħazagħ fil-bidu tal-Avvent.