It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-ġenituri tal-missjunarji Maltin u jiċċelebra quddiesa f’Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta.

7.45 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa organizzata mis-saċerdoti żgħażagħ b’suffraġju tal-Arċipriet Eric Overand, fis-Seminarju, Tal-Virtù.

It-Tlieta
L-Erbgħa

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma membri mill-Kunsill Pastorali Parrokkajli u mal-Kummissjoni Implimentazzjoni tas-Sinodu, tas-Sliema (Parroċċa Ġesù Nazzarenu).

Il-Ħamis

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ f’laqgħat ma’ nies individwali, tas-Sliema (Parroċċa Ġesù Nazzarenu).

7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ memberi mill-Kummissjoni Familja, tas-Sliema (Parroċċa Ġesù Nazzarenu).

Il-Ġimgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi Seminar fil-Media Education, fid-Dar Ħanin Samaritan, Santa Venera.

7.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Oratorju, ‘San Paolo evangelizza i Maltesi’ fil-festi tal-100 sena mill-Kungress Ewkaristiku tal-1913, fil- Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Presbiterali, l-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-25 Anniversarju tad-dħul ta’ Sister Gloriann Micallef bħala Qaddejja taċ-Ċenaklu, fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara.

Il-Ħadd

9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa Pontifikali u purċissjoni fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Corpus Christi, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal-professjoni perpetwa ta’ Sr Elizabeth Clare Marie (tal-Ewkaristija) mal-Komunita’ tas-Sorijiet Klarissi, fil-knisja tal-Monasteru, f’San Ġiljan.