Matul is-sajf ser jtella’ l-programm televisiv ‘4given’ . Programmi li għal- 13 il-ġimgħa sħaħ ser jixxandru fuq Net TV. Il-preżentaturi ta’ din is-sensiela huma Bernice Abdilla u Andrew Camilleri.

It-Tema li ntgħażlet għal din is-sena ta’ ‘4Given’ hija l-Fidi. Bernice u Andrew flimkien ma Dr John Bonnici Mallia u l-mistiedna distinti u professjonali tagħhom ser jiddiskutu u jwieġbu għal mistoqsijiet ta’ dawn is-suġġetti u fuq temi attwali oħrajn.

Il-programmi ser jibdew jixxandru kull nhar ta Tnejn, 1 ta’ Lulju fid 9.30 ta filghaxijja b’ripetizzjonijiet oħra matul il-ġimgħa.

Tistgħu ssewgwu dak li jkun għaddej fuq il-Paġna tagħhom tal-Facebook billi tikklikkja HAWN.