Għada l-Erbgħa, 1 ta’ Frar, se jiftħu l‑applikazzjonijiet għal ‘Applikanti Oħra’ għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta u f’Għawdex għas‑sena skolastika li tibda f’Settembru li ġej. In‑numru ta’ postijiet vakanti huwa ta’ 933 (858 f’Malta u 75 f’Għawdex). Fir‑regolamenti li ġew ippubblikati f’Novembru li għadda hemm informazzjoni dettaljata tal‑postijiet offruti u tal‑kriterji kif ukoll il‑lista tad‑dokumenti meħtieġa, il‑ġranet meta wieħed għandu japplika u dettalji oħra. Riċentement ġew ippublikati ċ-ċirkulari li jindikaw kemm postijiet ġew okkupati bl-applikazzjonijiet tal-ewwel kriterju.
Il‑proċess għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta jiddetermina d‑dħul fl‑ewwel u t‑tieni sena kindergarten, fl‑ewwel sena primarja, fir‑raba’ sena primarja għall‑bniet u fl‑ewwel sena sekondarja. L‑applikazzjonijiet għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta jsiru fuq knisja.mt/applikazzjonijiet bejn l‑1 u l‑14 ta’ Frar u t‑22 u t-28 ta’ Frar 2023. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 79990224, 79515491 jew 77865241 jew ibgħat email fuq [email protected].
Sena / Malta | Postijiet Vakanti Subien | Postijiet Vakanti Bniet | Total Postijiet Vakanti |
L‑ewwel sena kindergarten | 42 | 36 | 78 |
It‑tieni sena kindergarten | 55 | 240 | 295 |
L‑ewwel sena primarja | 188 | 137 | 325 |
Ir‑raba’ sena primarja | ‑ | 22 | 22 |
L‑ewwel sena sekondarja | 94 | 44 | 138 |
TOTAL | 379 | 479 | 858 |
Il‑proċess għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Għawdex jiddetermina d‑dħul fl‑ewwel sena kindergarten u fl‑ewwel sena sekondarja. L‑applikazzjonijiet għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑knisja f’Għawdex isiru fuq knisja.mt/gozoapplications bejn l‑1 u l‑14 ta’ Frar 2023. Għal aktar informazzjoni ċempel 79990271 jew jibgħat email fuq [email protected].
Sena / Għawdex | Postijiet Vakanti Subien | Postijiet Vakanti Bniet | Total Postijiet Vakanti |
L‑ewwel sena kindergarten | 47 | 47 | |
L‑ewwel sena sekondarja | 9 | 19 | 28 |
TOTAL | 75 |
Għal aktar dettalji dwar l‑applikazzjonijiet ara ċ‑ċirkolari u r‑regolamenti ppubblikati fuq https://knisja.mt/l-arcidjocesi/skejjel-tal-knisja/.