Għada l-Erbgħa, 1 ta’ Frar, se jiftħu l‑applikazzjonijiet għal ‘Applikanti Oħra’ għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta u f’Għawdex għas‑sena skolastika li tibda f’Settembru li ġej.  In‑numru ta’ postijiet vakanti huwa ta’ 933 (858 f’Malta u 75 f’Għawdex). Fir‑regolamenti li ġew ippubblikati f’Novembru li għadda hemm informazzjoni dettaljata tal‑postijiet offruti u tal‑kriterji kif ukoll il‑lista tad‑dokumenti meħtieġa, il‑ġranet meta wieħed għandu japplika u dettalji oħra. Riċentement ġew ippublikati ċ-ċirkulari li jindikaw kemm postijiet ġew okkupati bl-applikazzjonijiet tal-ewwel kriterju.

Il‑proċess għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta jiddetermina d‑dħul fl‑ewwel u t‑tieni sena kindergarten, fl‑ewwel sena primarja, fir‑raba’ sena primarja għall‑bniet u fl‑ewwel sena sekondarja. L‑applikazzjonijiet għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta jsiru fuq knisja.mt/applikazzjonijiet bejn l‑1 u l‑14 ta’ Frar u t‑22 u t-28 ta’ Frar 2023. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 79990224, 79515491 jew 77865241 jew ibgħat email fuq [email protected].

Sena / Malta Postijiet Vakanti Subien   Postijiet Vakanti Bniet Total Postijiet Vakanti
L‑ewwel sena kindergarten 42 36 78
It‑tieni sena kindergarten 55 240 295
L‑ewwel sena primarja 188 137 325
Ir‑raba’ sena primarja 22 22
L‑ewwel sena sekondarja 94 44 138
TOTAL 379 479 858

Il‑proċess għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Għawdex jiddetermina d‑dħul fl‑ewwel sena kindergarten u fl‑ewwel sena sekondarja. L‑applikazzjonijiet għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑knisja f’Għawdex isiru fuq knisja.mt/gozoapplications bejn l‑1 u l‑14 ta’ Frar 2023. Għal aktar informazzjoni ċempel 79990271 jew jibgħat email fuq [email protected].

Sena / Għawdex Postijiet Vakanti Subien     Postijiet Vakanti Bniet   Total Postijiet Vakanti  
L‑ewwel sena kindergarten 47 47  
L‑ewwel sena sekondarja 9 19 28
TOTAL     75

Għal aktar dettalji dwar l‑applikazzjonijiet ara ċ‑ċirkolari u r‑regolamenti ppubblikati fuq https://knisja.mt/l-arcidjocesi/skejjel-tal-knisja/.