It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jieħu sehem f’recording ta’ programm tar-radju, fuq l-istazzjon Radju Malta.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi kors ta’ Aġġornament għall-Kleru fis-Seminarju f’Tal Virtu’.

4.30 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa fi programm tar-radju fuq l-istazzjoni RTK .

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Festa tal-Qalb ta’ Ġesu, u f’għeluq l-ewwel ċentinarju tal-kappella fir-residenza San Vincenz de Paule.

L-Erbgħa

8.30 a.m. L-Arċisqof jieħu sehem fi programm ‘live’ fuq TVM.

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi it-tieni jum tal-kors ta’ Aġġornament għall-Kleru fis-Seminarju f’Tal Virtu’.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jmexxi Purċissjoni Ewkaristika fl-okkażjoni ta’ għeluq tas-Sena ddedikata lis-Saċerdoti, fil-Katidral tal-iMdina.

Il-Ħamis

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Ministru Ġenerali tal-Ordni Franġsikan Sekulari, Miss Exvarnacion del Pozo, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-aħħar jum tal-kors ta’ Aġġornament għall-Kleru, fis-Seminarju f’Tal Virtu’.

6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Kungress tal-Lajċi f’Gattard House, Blata l-Bajda.

Il-Ġimgħa

10.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa ma’ l-iStaff tas-Seminarju Maġġuri fil-Kunvent ta’ San Gużepp, Rabat.

6.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Kungress tal-Lajċi f’Gattard House, Blata l-Bajda.

Is-Sibt

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Kunsill Presbiterali.

Il-Ħadd

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi Quddiesa Pontifikali ta’ Corpus Christi fil-KonKattidral ta’ San Ġwann, Valletta.