L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jiċċelebra r-raba’ anniversarju tal-ordinazzjoni episkopali tiegħu b’Quddiesa Konċelebrata ta’ Radd il-Ħajr fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta, nhar il-Ħadd, 30 ta’ Jannar 2011, fil-5.30 p.m. Is-saċerdoti kollha huma mistiedna jikkonċelebraw u kulħadd huwa mistieden jattendi.

Nhar it-Tlieta 25 ta’ Jannar, l-Arċisqof jiċċelebra għeluq il-65 sena tiegħu. Mons. Cremona twieled fl-1946. Hu ġie ordnat Isqof fis-26 ta’ Jannar 2007. Dakinhar huwa beda wkoll il-missjoni pastorali tiegħu bħala Arċisqof ta’ Malta.

Ċirkulari tal-Kurja, maħruġa minn Mgr Annetto Depasquale, Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, tħeġġeġ lill-membri tal-Knisja biex jitolbu l-Mulej iħares u jseddaq lill-Arċisqof.