Nhar il‑Ħamis, l‑1 ta’ Frar, se jiftħu l‑applikazzjonijiet online għal ‘Applikanti Oħra’ għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta u f’Għawdex għas‑sena skolastika l‑ġdida li tibda f’Settembru li ġej. In‑numru totali ta’ postijiet vakanti huwa ta’ 884 (794 f’Malta u 90 f’Għawdex). L‑applikazzjonijiet għall‑iskejjel f’Malta u Għawdex se jintlaqgħu bejn
l‑1 u l‑14 ta’ Frar u l‑20 u d‑29 ta’ Frar 2024. L‑applikazzjonijiet għal każijiet ta’ ażil jiftħu f’Marzu.
Id‑dettalji ta’ kemm postijiet imtlew bl‑applikazzjonijiet ta’ ‘L‑Ewwel Kriterju’ li s‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija laqa’ f’Novembru u Diċembru li għadda jinsabu fuq Knisja.mt.
Il‑proċess għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta jiddetermina d‑dħul fl‑ewwel u t‑tieni sena kindergarten, fl‑ewwel sena primarja u fl‑ewwel sena sekondarja. L‑applikazzjonijiet għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta jsiru fuq knisja.mt/applikazzjonijiet.
Sena / Malta | Postijiet Vakanti Subien | Postijiet Vakanti Bniet | Total Postijiet Vakanti |
L-ewwel sena kindergarten | 31 | 35 | 66 |
It-tieni sena kindergarten | 58 | 192 | 250 |
L-ewwel sena primarja | 211 | 139 | 350 |
L-ewwel sena sekondarja | 87 | 41 | 128 |
Total | 387 | 407 | 794 |
Il‑proċess għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Għawdex jiddetermina d‑dħul fl‑ewwel sena kindergarten u fl‑ewwel sena sekondarja. L‑applikazzjonijiet għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Għawdex isiru fuq knisja.mt/gozoapplications.
Sena / Għawdex | Postijiet Vakanti Subien | Postijiet Vakanti Bniet | Total Postijiet Vakanti |
L-ewwel sena kindergarten | 60 | ||
L-ewwel sena sekondarja | 10 | 20 | 30 |
Total | 90 |
Għal aktar dettalji dwar l‑applikazzjonijiet ara ċ‑ċirkolari u r‑regolamenti ppubblikati fuq Knisja.mt jew ibgħat email fuq [email protected].