• L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Kan. David Cilia bħala arċipriet tal‑Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta.

    Il‑Kan. David Cilia twieled fit‑2 ta’ Awwissu 1968. Irċieva l‑edukazzjoni tiegħu fl‑iskola ta’ Ħal Qormi San Ġorġ, fil‑Kulleġġ San Albert il‑Kbir u fl-iskola tas-Seminarju tal-Arċisqof. Studja l‑Filosofija u t‑Teoloġija fil‑Fakultà tat‑Teoloġija tal‑Università ta’ Malta, u d‑Dritt Kanoniku fl‑Università Gregorjana f’Ruma. Ġie ordnat saċerdot fit‑30 ta’ Ġunju 1995.

    Dun David beda l‑ħidma pastorali tiegħu bħala viċi kapillan fil‑Parroċċa ta’ Marija Bambina fil‑Mellieħa u fil‑Parroċċa ta’ San Ġorġ Preca fis‑Swatar. Kien membru tal‑Kapitlu fil‑Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir‑Rabat, u kap tal‑iskola tas‑Seminarju tal‑Arċisqof. Huwa jservi bħala mħallef fit‑Tribunal Ekkleżjastiku Reġjonali tat‑Tieni Istanza u huwa wkoll delegat tal‑Arċisqof għall‑Fergħa Ewkaristika u Ulied Marija Ewkaristika.

    Il‑Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu tiġbor fiha madwar 1,800 persuna f’800 familja.