L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Mario Tong bħala arċipriet tal-parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, Valletta.
Dun Mario twieled il-Hamrun nhar id-29 ta’ April 1953 u trabba f’Raħal Ġdid. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Primarja ta’ Raħal Ġdid, is-Seminarju minuri u dak Magguri.
Ġie ordnat saċerdot fid-19 ta’ Gunju 1977 u mill-ewwel mar jagħti servizz fid-Djoċesi ta’ Ġibilta, fejn f’Mejju 1978 ġie maħtur Kappillan tal-Parroċċa St Joseph the Worker. Lura Malta, f’Settembru 1980 beda joffri servizz bħala viċi kappillan fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar. F’Ġunju 1981 ġie maħtur kappillan tal-parroċċa ta’ Marsaxlokk fejn dam iservi sa Marzu 1990. Bejn l-1990 u l-1996 Dun Mario offra servizz pastorali fid-Djoċesi ta’ Rockville Centre, f’Long Island,New York. Lura Malta nħatar Kappillan fil-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem (Birkirkara) sal-2003 meta nħatar Arċipriet tal-Parroċċa tal-Mosta.
Il-parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu tiġbor fiha madwar 1,800 persuna f’800 familja.