• Għat-tieni sena konsekuttiva, Il-Caritas Malta qed torganizza l-Caritas Trail li din is-sena se ssir fis-16 ta’ Novembru.
     
    Ikun ta’ sapport lejn l-entità tagħna jekk int flimkien ma’ sħabek tipparteċipaw f’din l-attività li hija ta’ sostenn lill-Caritas Malta sabiex tkompli tagħti s-servizzi tagħha bla ħlas fis-soċjetà Maltija.
     
    Il-Caritas Trail titlaq minn ħdejna Gianpula, Ħaż-Żebbuġ fl-10am u kull min jieħu sehem jingħata t-shirt kommemorattiv għal donazzjoni ta’ għaxar ewro. L-applikazzjoni tista’ ssir online fuq ooii.com.mt jew il-Ħadd stess minn ħdejn Gianpula.
     
    Kun ta’ spalla u ħeġġeġ lil dawk li taf biex nhar il-Ħadd jingħaqdu ma’ Caritas Malta, f’mixja, f’ġirja jew dawra bir-rota! Ħeġġeġ ukoll lil sħabek jibgħatu din in-nota lil sħabhom!

    Jekk tkun tixtieq iktar informazzjoni tista’ ċċempel lil Marica Mizzi fuq 99473689 jew email [email protected]