Gwida għall-Films

Entourage

  • ** Direttur: Doug Ellin Atturi: Adrian Grenier, Jerry Ferrara, Kevin Connolly Ħin: 104 minuta Klassifika taċ-Ċensura: 15 Klassifika tal-Knisja: AR   Wara li jtemm iż-żwieġ tiegħu li dam biss disa’ tijiem, Vinny Chase jixtieq jerġa’ lura fid-dinja tal-films. Huwa jċempel lil Ari u jikkonvinċih jerġa’ jingħaqad mat-tim tiegħu bħala  l-producer tal-film li beħsiebu jagħmel, film futuristiku bl-isem ta’ Hyde, film li Vinny irid li jkun id-direttur tiegħu kif ukoll jaħdem fih…
  • Kompli aqra »

Big Game

  • ***

    Direttur: Jalmari Helander
    Atturi: Samuel L. Jackson, Onni Tommilla, Felicity Huffman, Victor Garber, Ted Levine, Jim Broadbent u Ray Stevenson
    Ħin tal-Film: 90 min
     
    Klassifika taċ-Ċensura: PG
    Klassifika tal-Knisja: PG
     
    Meta l-ajruplan presidenzjali, Air Force One, bil-President tal-Amerika, William Allan Moore abbord,  jitwaqqa’ mit-terroristi, jħalli lill-President mitluf  waħdu f’nofs forresta ġewwa Finland…

  • Kompli aqra »

Pitch Perfect 2

    • *** Direttur: Elizabeth Banks Atturi: Anna Kendrick, Rebel Wilson, Brittany Snow, Hailee Steinfeld, Skylar Astin, Ben Platt, Adam DeVine, Alexis Knapp, Flula Borg u Hana Mae Lee Ħin tal-Film: 115 min. Klassifika taċ-Ċensura: PG Klassifika tal-Knisja: 12 Sentejn wara l-ewwel il-ġrajjiet tal-ewwel film, il-grupp ta’ kantanti u żeffiena: Barden Bellas, taħt id-direzzjoni ta’ Beca Mitchell u Chloe, wara li rebħu t-titlu nazzjonali capella,  jiġu mistiedna biex jagħtu wirja ġewwa Washington quddiem il-President Barack Obama u martu Michelle…
  • Kompli aqra »

Two by Two

  • ***

    Diretturi: Toby Genkel u Sean McCormack

    Ilħna: Callam Maloney,  Alan Stanford, Carla Becker, Ava Connolly, Lotta Doll, Tina Echmann, Patrick FitzSymore, Tara Flyn u  Robert Kotulla

    Ħin tal-Film: 87 min

    Klassifika taċ-Ċensura: U

    Klassifika tal-Knisja: U

    Hekk kif ikun hemm twissija li f’qasir żmien sejjer ikun hemm għargħar, b’riżultat ta’ diżastru katastrofiku u anke t-tmiem ta’ ħafna kreaturi, l-annimali bdew jaħsbu li jivvjaġaw lejn Arka li nbniet apposta biex tevvita l-qerda ta’ tant speċi…

  • Kompli aqra »

Spy

  • ****

    Direttur: Paul Feig

    Atturi: Melissa McCarthy, Jason Statham, Rose Byrne, Miranda Hart, Bobby Cannavale, Nargis Fakri, Allison Janney u Jude Law

    Ħin tal-Film: 120 min

    Klassifika taċ-Ċensura: 15

    Klassifika tal-Knisja: 15

    Bradley Fine, aġent sigriet li jaħdem għas-CIA, jaf is-suċċess fix-xogħol tiegħu tant diffiċli perikoluż,  grazzi għall-kapaċita` li  Susan Cooper mill-kwartieri ġenerali kienet tigwidah biex jeħles minn kull saram li seta’ ssib ruħhu fih…

  • Kompli aqra »

Spooks: The Greater Good

  • *** Direttur: Bharat Nalluri Atturi: Kit Harington, Peter Firth, Jennifer Ehle Ħin: 104 minuti Klassifika taċ-Ċensura: 15 Klassifika tal-Knisja: 15 Wara li t-terrorist Qasim jaħrab waqt li l-M15 ikunu qedin jgħadduh f’idejn is-CIA, il-kap tas-Servizzi Sigrieti Ingliżi, Sir Harry Pearce, jagħmila li qatel ruħhu b’idejh u bil-moħbi jipprova jaqbad waħdu lil Qasim. Għalhekk, il-kap tal-M15, Dame Geraldine Maltby, issejjaħ lura fis-servizz lil Will Holloway, li jkun irtirat, u tqabbdu jsib lit-terrorist u lil Sir Harry…
  • Kompli aqra »

Unfriended

  • ** Direttur: Levan Gabriadze Atturi: Shelley Hennig, Moses Storm, Renee Olstead, Will Peltz Ħin: 82 minuti Klassifika taċ-Ċensura: 15 Klassifika tal-Knisja: 18 Sitt żgħażagħ, Blaire, Jess, Val, Ken, Adam u Mitch, iqattgħu l-ħin fuq il-computer,  jiċċettjaw u jaraw lil xulxin permezz ta’ Skype. Huma għandhom sigriet ikreħ: kienu bbuljaw bla ħniena waħda mill-istudenti sħabhom jisimha Laura; meta xi ħadd minnhom kien tefa’ fuq l-internet video umiljanti li juri lil Laura fis-sakra u storduta, Laura kienet ikkommettit suwiċdju billi sparat f’wiċċha…
  • Kompli aqra »

San Andreas

  • ****

    Direttur: Brad Peyton

    Atturi: Dwayne Johnson, Carla Gugino, Alexandra Daddario, Ioan Gruffudd, Archie Panjabi u Paul Giamatti

    Ħin tal-Film: 114 min

    Klassifika taċ-Ċensura: 12A

    Klassifika tal-Knisja: 12

    Dak li hu magħruf bħala The San Andreas Fault, jinsab f’żona fejn hemm kull possibilta`  li ċ-ċaqliq ta’ żewg blokkok massivi teċtoniċi, meta jitħarrku, jikkawżaw terremot qawwi li jġib ħerba fuq il-pajjiż b’riżultat li mhux biss jiġġarfu binjiet kbar iżda wkoll jikkawżaw  sunami ta’ qawwa kbira li jkompli jkaxxkar dak kollu li jsib quddiemu…

  • Kompli aqra »

The Age of Adaline

  • *** Direttur: Lee Toland Krieger Atturi: Blake Lively, Michiel Huisman, Harrison Ford Ħin: 112 minuti  

    Klassifika taċ-Ċensura: 12A

    Klassifika tal-Knisja: 12A Fis-snin 30 f’San Francisco,  Adaline Bowman, ta’ 29 sena u  armla, kellha inċident tat-traffiku u għal ftit tal-ħin mietet. Iżda minħabba ċ-ċirkostanzi partikulari li fihom seħħ l-inċident, waqt tempesta b’ħafna sajjetti, Adaline reġgħet mhux biss ħadet il-ħajja imma wkoll saret ma tixjieħ qatt…

  • Kompli aqra »

The Good Lie

  • ****

    Direttur: Philippe Falardeau

    Atturi: Arnold Oceng, Ger Duany, Emmanuel Jal, Kuoth Wiel, Reese Witherspoon

    Ħin: 110 minuti

    Klassifika taċ-Ċensura: 12A

    Klassifika tal-Knisja: 12A

    Fis-snin 80 seħħet it-tieni gwerra ċivili tas-Sudan li matulha is-suldati tal-gvern sudaniż wettqu bosta atroċitajiet fuq il-populazzjoni indiġena tas-Sudan t’Isfel, li ħafna minnhom, inklużi bosta tfal, kellhom jaħarbu minn djarhom u jfittxu kenn f’xi kamp tar-refuġjati…

  • Kompli aqra »