Il-Kelma tal-Arċisqof

‘Dan il-maqdes, iddedikat lill-Beata Verġni tal-Karmelu u tant għażiż għalina l-Maltin u l-Għawdxin, huwa tifkira ħajja li Alla huwa magħna’ – L-Arċisqof

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta
    4 ta’ April 2018

    Iż-żewġ dixxipli dakinhar tal-ewwel jum tal-ġimgħa, telqu minn Ġerusalemm imnikkta. Niket, bluha u ebusija tal-qalb huma sentimenti li kienu qegħdin itaqqlu lil Kleofa u lil sieħbu. Kienu raw lil Ġesù jmut fuq is-salib, kienu wkoll semgħu bl-aħbar tal-irxoxt tiegħu, imma kien hemm xi ħaġa li ttaqqalhom, kien hemm għamat fuq qalbhom u ddeċidew li jitilqu minn Ġerusalmem u jmorru lejn ir-raħal ta’ Għemmaws…

  • Kompli aqra »

‘Irridu nsiru Knisja żagħżugħa u enerġetika li mhijiex magħluqa fis-sagristiji’ – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali tal‑Għid il‑Kbir tal‑Mulej

  • Homily by Archbishop Charles J. Scicluna 
  • St John’s Co-Cathedral, Valletta
    1st April 2018

    The Gospel of Mark is the shortest of the Gospels; it has sixteen chapters and it doesn’t really waste a lot of parchment. It does not include any narrative of the birth of Jesus and it starts immediately with the announcement of the Kingdom and the Baptism of Jesus in the river Jordan by John the Baptist, to whom this co cathedral is dedicated

    One of the most graphic images towards the beginning of the Gospel of Mark is the constant conflict and struggle between Jesus and the devil…

  • Kompli aqra »

The Church’s Youthfulness Renewed

Artiklu mill-Arċisqof Charles J. Scicluna ppublikat fThe Malta Independent on Sunday f'Ħadd il-Għid

  • Mel Gibson’s The Passion of the Christ has as many fans as it has detractors. It was a controversial film that was seen by millions but that also created huge reactions. I remember Franco Zeffirelli criticising how violent the film was. But one thing that struck me in the film is a scene where Jesus is given the cross to carry, and a close-up of the face of Jesus follows with his words: “Behold I am making all things new”…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof f’Sibt il-Għid: “Illum tiġġedded iż-żgħożija tal-Knisja”

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    31 ta’ Marzu 2018

    “Daħlu fil-qabar, u raw żagħżugħ bilqiegħda n-naħa tal-lemin, liebes libsa bajda” (Mk 16, 5). In-nisa twajba: Marija ta’ Magdala, Marija omm Ġakbu u Salomi, ma kinux qed jistennew din il-laqgħa ma’ raġel żagħżugħ.

    Hekk kif sebaħ l-ewwel jum tal-ġimgħa, wara li kien għadda Sibt il-Għid, kienu qed jistennew li jaraw qabar b’ġebla kbira tgħattih u kellhom din il-problema: ‘Min se jgerrbilna l-ġebla mid-daħla tal-qabar?’ (v…

  • Kompli aqra »

“Naduraw lill-Mulej Ġesù li urina tassew min hu minn fuq is-salib tiegħu” – L-Arċisqof fil-Ġimgħa l-Kbira

L-Arċisqof imexxi l-Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta
    30 ta’ Marzu 2018

    “Lil min qegħdin tfittxu? Whom do you seek?” (Ġw 18, 4). Din hija d-domanda li Ġesu jagħmel lil ġgajta li marret fil-ġnien tal-Ġetsemani biex tarrestah. “Lil min qegħdin tfittxu?”.

    U din hija d-domanda li jagħmlilna, kull meta aħna niddubitaw fih, kull meta niskandalizzaw ruħna bis-salib imqaddes tiegħu, kull meta nimmaġinawh: Deus ex machina, Alla li jaqdina f’kull ħtieġa tagħna u li jista’ jinxtara’ b’xi xemgħa mixgħula jew b’xi bukkett fjuri jew x’bi wegħda…

  • Kompli aqra »

“Nitolbu li l-qalb ta’ kull Nisrani tirtab” – L-Arċisqof f’Ħamis ix-Xirka

L-Arċisqof jiċċelebra t-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej bil-ħasil tar-riġlejn f'Ħamis ix-Xirka

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    29 ta’ Marzu 2018

    “Mulej, mhux saqajja biss, imma jdejja u rasi wkoll” (Ġw 13, 9). Dawn il-kliem qalhom Xmun Pietru, maħsud u skandalizzat li l-Imgħallem u l-Mulej beda jaħsel saqajn id-dixxipli, ġest li kien riservat għall-iskjavi tal-familja li kelhom id-dover li, meta jiġu l-mistednin għall-ikel, l-ewwel ħaġa jaħslulhom saqajhom biex ikunu jistgħu jistrieħu komdi fuq id-divani għall-mejda tal-ikel…

  • Kompli aqra »

“Nitolbu maħfra għaċ-ċaħdiet kollha tagħna” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mas-Sorijiet tal-Klawsura tal-Qaddisa Omm Alla, ir-Rabat

  • Homily by Achbishop Charles J. Scicluna
  • Monastery of The Mother of God
    28th March 2018

    “They gave him thirty pieces of silver and from that time on he looks for an opportunity to hand him over (Mt 26, 15-16). The Lord himself tells his twelve: “Amen, I say to you, one of you will betray me […]…

  • Kompli aqra »

“Aħna mibgħuta fid-dinja biex inkunu dawl u ħmira bħal kull Nisrani” – L-Arċisqof lis-saċerdoti f’Ħamis ix-Xirka

L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa taż-Żjut f'Ħamis ix-Xirka


  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    29 ta’ Marzu 2018

    “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi għaliex il-Mulej ikkonsagrani” (Is 61, 1). Din il-frażi għażiża tħabbritilna llum fl-Ewwel Qari u Ġesù stess jagħżilha f’Nazaret biex jipproklama u jħabbar il-programm messjaniku tiegħu. “Tawh f’idejh il-ktieb ta’ Isaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej: ‘L-ispirtu tal-Mulej fuqi għax hu kkonsagrani’” (Lq 4, 17-18)…

  • Kompli aqra »

“Inkomplu nitolbu għaż-żgħażagħ tagħna” – L-Arċisqof

Il-messaġġ tal-Arċisqof għall-Via Sacra Djoċesana 2018

  • L-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Belt Valletta
    28 ta’ Marzu 2018

    Nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom illejla u nixtieq li nkomplu nitolbu għaż-żgħażagħ tagħna, mhux biss għal dawk li l-Mulej qiegħed isejjaħ għas-saċerdozju u għall-ħajja reliġjuża, imma wkoll għaż-żgħażagħ kollha, b’mod specjali dawk li qegħdin f’xi mument partikolari tal-ħajja tagħhom. Niftakar f’dawk li qegħdin iħejju għall-eżamijiet, dawk li qegħdin f’xi faċilità korrettiva, dawk li qegħdin f’xi faċilità ta’ rijabilitazzjoni mid-droga jew dipendenzi oħrajn, dawk li qegħdin l-isptar għall-kura, iż-żgħażagħ tagħna fl-iskejjel, fil-postijiet ta’ divertiment, fil-familji tagħna…

  • Kompli aqra »

L-għotja kbira ta’ ħniena u mħabba aħna se nilqugħa? – L-Arċisqof f’Ħadd il-Palm

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    25 ta’ Marzu 2018

    Ir-rakkont tal-passjoni skont San Mark li għadna kemm smajna, jirrepeti diversi drabi l-idea, il-kunċett u l-verb tal-konsenja: Ġuda jipprova jsib il-ħin propizju biex jagħti lil Ġesù f’idejn il-qassisin il-kbar; Pilatu, biex jogħġob lin-nies, jagħtihom lil Ġesù biex isalbuh; il-Mulej stess jikkonsenja, jerħi ruħu f’idejn il-Missier; u Ġużeppi ta’ Arimatija jitlob lil Pilatu biex jagħtih il-ġisem mejjet ta’ Ġesù u jroddu lill-art…

  • Kompli aqra »