Il-Mulej jafkom, jaf il-preġji tagħkom u jaf ukoll id-dgħufija tagħkom … Hu qiegħed jafdakom! – L-Arċisqof lid-disa’ saċerdoti ġodda
07/04/2018- L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Konkatidral ta’ San Ġwann, Il-Belt Valletta
7 ta’ April 2018
“Morru fid-dinja kollha xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu” (Mk 16, 15). Dan huwa l-kliem ta’ konsenja li l-Mulej Irxoxt jagħti lill-ħdax. Huwa kliem ta’ missjoni: “Morru fid-dinja kollha”. Il-Mulej qed jafdalhom li jxandru l-aħbar it-tajba li ġab hu u li hu att universali għaliex din il-missjoni u din il-fiduċja trid tilħaq lil ħolqien kollu…