Il-Kelma tal-Arċisqof

Il-parir tal-Arċisqof lill-koppji: Tinsewx tgħidu ‘grazzi’ lil xulxin

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa tal-Familja Mqaddsa mal-membri tal-GRUFAN

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    16 ta’ Diċembru 2017

    Jiena l-leħen ta’ wieħed jgħajjat fost ħafna storbju, għax li tgħid li “int leħen tgħajjat fid-deżert” (Ġw 1, 2-3), illum ma jagħmilx sens, imma l-istorbju jaf ukoll ikun aljenazzjoni, jaf ukoll jimpedixxi li aħna nikkomunikaw bejnietna…

  • Kompli aqra »

L-omelija tal-Arċisqof lill-adolexxenti li għamlu l-Griżma fiż-Żurrieq

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, iż-Żurrieq

    12 ta’ Novembru 2017

    Ftit ħsibijiet u nixtieqkom toqgħodu attenti u tisimgħuni. L-ewwel nett nirringrazzjakom mill-ġdid, għeżież żgħażagħ, li ġejtu hawn illejla mal-parrini tagħkom u mal-ġenituri, biex qabel tirċievu l-Ispirtu s-Santu bħala Nsara adulti kif għadni kif iddikjaratkom, iġġeddu l-wegħdiet tal-Magħmudija.

    Meta tgħammidtu kontu trabi, ma tiftakrux l-Magħmudija tagħkom…

  • Kompli aqra »

Il-Mulej ifejjaqna bil-fidi tal-ħbieb tagħna – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament f'għeluq il-125 anniversarju mill-ftuħ tar-Residenza San Vinċenz de Paul

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Residenza San Vinċenz de Paule, Ħal Luqa

    11 ta’ Diċembru 2017

    L-Evanġelju li għadu kemm qara Fr Ivan Scicluna għandu frażi sabiħa ħafna li tgħidilna li f’Ġesù kien hemm il-qawwa ta’ Alla biex tfejjaq. Il-kliem eżatt huwa: “Il-qawwa t’Alla kienet fih biex ifejjaq” (Lq 5, 17)…

  • Kompli aqra »

L-omelija tal-Arċisqof waqt il-Viżta Pastorali fil-Parroċċa ta’ Burmarrad

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-knisja ta' Burmarrad bħala parti mill-Viżta Pastorali

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali ta’ Burmarrad

    10 ta’ Diċembru 2017

    Bdejna naqraw l-iqsar Evanġelju, l-iqsar wieħed, l-Evanġelju skont San Mark. Il-kelma ‘Evanġelju’ ma vvintajnihiex aħna l-Insara. 2,000 sena ilu meta nkitbu dawn l-erba’ kitbiet li jirrakkontaw it-taħdit, l-istorja, il-passjoni u l-qawmien mill-imwiet ta’ Ġesù, kien hemm l-użanza li meta r-re jew l-imperatur, skont liema reġjun ikun, imur f’belt, jibgħat ħabbar li jħabbar il-miġja tar-re u din it-taħbira kienu jgħidulha ‘evangelion’ l-aħbar it-tajba, l-aħbar it-tajba li ġej ir-re…

  • Kompli aqra »

‘F’dawn il-ġranet tal-Avvent nieħdu ħsieb il-qalb tagħna’ – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-bidu tal-Viżta Pastorali f'Burmarrad

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali ta’ Burmarrad

    9 ta’ Diċembru 2017

    Għadna kemm smajna l-bidu ta’ wieħed mill-erba’ Evanġelji, l-iqsar wieħed miktub minn San Mark. L-awtur ta’ dan il-ktieb qaddis, l-evanġelista, jispjega minn fejn ġejja l-kelma ‘evanġelju’ għax il-kelma ‘evanġelju’ mhijiex kelma li vvintajnieha aħna l-Insara. Il-kelma ‘evanġelju’, bil-Grieg ‘evangelion kienet tintuża meta ssir taħbira li ġej ir-re jew l-imperatur…

  • Kompli aqra »

Fil-Milied taċċetta lil Ġesù f’qalbek b’għażla u mhux bil-parties – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Milied mal-istudenti li jattendu skejjel tal-Istat, tal-Knisja u indipendenti

  • 
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    6 ta’ Diċembru 2017

    Għeżież tfal, l-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom talli intom u tirrappreżentaw l-iskejjel tagħkom, ġejtu wkoll b’offerta għall-Malta Community Chest Fund biex turu s-solidarjetà tagħkom, l-imħabba tagħkom lejn kull min fis-soċjetà għandu bżonnijiet speċjali u fl-istess ħin nirrealizzaw li ma jistax ikun hemm Milied jekk aħna tassew ma naħsbux f’kulħadd…

  • Kompli aqra »

“Kun iċ-ċavetta tal-imħabba, tal-mogħdrija u tal-verità” – L-Arċisqof lill-kappillan il-ġdid tas-Swatar

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali tas-Swatar

    25 ta’ Novembru 2017

    “Arawni hekk jien se nfittex in-nagħaġ tiegħi u nieħu ħsiebhom. Bħalma r-ragħaj jaħseb fil-merħla tiegħu meta jsib ruħu f’nofs in-nagħaġ imxerda tiegħu, hekk naħsebn jien fin-nagħaġ tiegħi u nsalvahom minn kull fejn xterrdu fi żmien is-sħab u s-swied tal-ajru” (Eżek 34, 11-12)…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Arċisqof lill-adolexxenti li għamlu l-Griżma fix-Xgħajra

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja tax-Xgħajra

    12 ta’ Novembru 2017

    L-ewwel nett nirringrazzja ħafna liż-żgħażagħ talli aċċettajtu li tirċievu s-Sagrament tal-Griżma. Nirringrazza ħafna lill-parrini tagħkom li qed jidħlu għar-responsabbiltà li jissapportjawkom. Nirringrazzja ħafna lill-ġenituri tagħkom li ppreżentawkom għal dan is-sagrament, issapportjawkom intom u tippreparaw rwieħkom. Nixtieq nirringrazzja lill-komunità kollha tax-xogħol li sar fil-preparazzjoni tagħkom…

  • Kompli aqra »

Fis-sbuħija tal-Immakulata Kunċizzjoni aħna naraw tassew il-glorja tal-Mulej u l-qawwa tas-salib – L-Arċisqof

L-Arċisqof fil-bidu tan-Novena bi tħejjija għall-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokjali ta’ Bormla

    28 ta’ Novembru 2017

    Mhix hi ġarritu fil-ġuf tagħha għal disa’ xhur? Mhux hi wellditu fl-għar ta’ Betlehem? Mhix hi fisqitu, għożżietu, kabbritu. Kienet xhud tal-ewwel passi tiegħu, tal-ewwel kelma li qal, tal-bikjiet tiegħu tarbija.  Mhix hi li ratu jilgħab ma’ sħabu ġo Nazaret tifel ċkejken? …

  • Kompli aqra »

Il-parir tal-Arċisqof għall-Avvent: Isma’ quddiesa kuljum

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa waqt l-irtir tal-Avvent għall-impjegati tal-Kurja

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Mount St Joseph, il-Mosta

    1 ta’ Diċembru 2017

    Qegħdin fl-aħħar jiem tas-sena liturġika, aħna għamilna rtir diġà naħsbu fuq l-Avvent li jibda s-Sibt filgħaxija. Dan l-Ewwel Qari (Dan 7, 2-14) mill-profeta Danjel miktub x’aktarx 200/300 sena qabel Ġesù, juża’ immaġini li mbagħad jerġgħu prattikament jirrepetu ruħhom fil-ktieb tal-Apokalissi…

  • Kompli aqra »