“Il-Mulej qed jistedinna biex infittxuh qalb il-geġwiġija tal-Milied” – L-Arċisqof
L-Arċisqof jagħti l-awguri tal-Milied lilll-impjegati tal-Kurja u r-rapprezentanti tal-entitajiet tal-Arcidjoċesi ta' Malta
23/12/2017- Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana
22 ta’ Diċembru 2017Għeżież, l-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom u tal-fatt li b’mod ġentili ħafna li napprezza, aċċettajtu l-istedina tiegħi li niltaqgħu flimkien u nawguraw lil xulxin. Nispera li ħadt b’idejn kulħadd, forsi anke darba, darbtejn, għax f’ġimagħtejn inħawwad jekk sellimtx lil kulħadd…